Referenza: 39/2008

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/02/2009
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
MABROUK MOURAD vs MINISTRU GHALL- GUSTIZZJA U AFFARIJIET INTERNI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Il-Qorti fil-kawza fl-ismijiet Philip Spiteri vs Sammy Meilaq (8 ta' Marzu, 1995) qalet li: “Meta l-oggett tal-kawza jkun ta' natura komplessa - u jkollu kwistjonijiet li ghandhom rimedju f'xi ligi ohra, u ohrajn li ma ghandhomx rimedju hlief kostituzzjonali - allura ghandha tipprevali din l-ahhar azzjoni.” F'din is-sentenza l-Qorti osservat li jkun sewwa li mal-kelma “komplessa” jizdied il-kliem“jew inkella mhallta”.

Issa fil-kaz in ezami r-rikorrenti mhux talli ghandu mezz biex jattakka l-ordni li bih tnehhilu l-istatus ta' persuna ezenti izda tant jaf bih illi addirittura ezercitahu d-decizjoni dwar dak l-ezercizzju ghadha mhux maghrufa. L-argument tar-rikorrenti li r-rimedju lighandu huwa ncert kif nghidu bl-Ingliz begs the question ghaliex kull procediment gudizzjarju jew kwazi gudizzjarju ghandu ezitu incert. L-istess dwar il-biza' tieghu li kif appena jigi deciz l-appelljitnehha minn Malta. Dan l-argument huwa ghal kollox ipotetiku u ma jistax jigi kkunsidrat b'serjeta' mill-Qorti. Fuq kollox, jekk jigri kif qieghed donnu jipprospetta u jkun sokkombenti fl-appell tieghu, ir-rikorrenti mbaghad jista' jipprocedi jekk ihoss li nkisrulu d-drittijiet fundamentali tieghu u normalment ma jittiehdu ebda passi drastici fil-konfront tieghu sakemm dawk il-proceduri jigu decizi, ghalkemm huwa minnu li gieli kien hemm eccezzjonijiet spjacevoli ghal din ir-regola. Il-Qortighalhekk thoss li ghandha tiddeklina li tkompli tisma' l-kawza kif ser taghmel.

Ghaldaqstantdin il-Qorti tirrifjuta li tezercita s-setghat taghha ai termini ta' l-Artiklu 46 (2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Artiklu 4 (2) tal-Kapitlu 319.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni