Referenza: 5/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/12/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
BORG GAETANO vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; ZVILUPP MHUX ACCETTABBLI F AREA RESIDENZJALI
Fil-Qosor
L-appellanti kien issottometta applikazzjoni sabiex jinhareg permess fuq il-garaxx proprjeta' tieghughall-“change of use of part of garage to cold store”, u dan relatat max-xoghol tieghu ta' hazna tal-hut u meta huwa wkoll il-proprjetarju tal-bini adjacenti ghall-istess garaxx.

Din l-applikazzjoni giet rifjutata ghaliex il-cold store propost ma kienx zvilupp accettabbli f'area residenzjaliu jkollu effett negattiv fuq l-istess area minhabba hsejjes u hinijiet ta' operazzjoni u rwejjah ughalhekk dan jikkostitwixxi “bad neighbour development” u jmur kontra l-Pjan ta' Struttura Policy BEN 1 li jara li jipprotegi z-zona ghall-izvilupp li kienet intenzjonat ghalih, u wkoll ghaliex l-istess zvilupp kellu jigi allokat f'Industrial Area skond l-Iskemi Temporanji ta' Zvilupp konformament mal-Pjan ta' Struttura fejn skond Policy IND 12 jinghad li “warehousing (including cold storage) is promoted with industrial estates”.

Sar appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar fejn inghad li dwar hsejjes sar tibdil sabiex inaqqas l-istess. Pero' l-Awtorita' xorta wahda opponietghaliex sostniet li l-istess zvilupp ma huwiex permissibbli f'zona residenzjali, filwaqt li jkun hemm tnaqqis ta' “on-site parking provision” peress li l-istess cold store kien ser jiehu l-area kollha tal-garaxx u b'hekk ikun hemm ksur tal-Structure Plan Policy TRA 4.

L-istess Bord innotali r-raguni ta' rifjut kienet wahda dwar l-impatt li l-istess zvilupp jista' jkollu fuq l-uzu residenzjali, u l-Pjan ta' Struttura jahseb sabiex jipprotegi l-istess zoni tant li skond Policy IND 12tispecifika li dawn il-cold stores ahjar isiru f'zona industrijali jew ta' warehousing, u l-Bord hass li z-zona ma ghandhiex ticcahhad minn protezzjoni aktar qawwija li tigi miz-zoning kif specifikatfil-Pjan ta' Struttura, u ghalhekk l-appell gie michud.

L-appell odjern huwa bbazat fuq il-vantazzjoni li ghal dan il-kaz tapplika is-South Malta Local Plan - SMHO 02 li jipprovdi li jistghu jsiru certu zviluppi f'zoni residenzjali msejjha bhala Residential Areas u l-appellanti jsostni li kienet l-istess policy li kellha tapplika ghall-kaz in ezami peress li fl-istess pjan lokali l-izvilupppropost mill-applikant bhala cold store huwa permissibbli.

Din il-Qorti ta'l-Appell thoss lidan l-aggravju huwa punt ta' dritt li gie kkunsidrat mill-Bord u dan peress li jittratta dwar allegata applikazzjoni ta' policies ghall-kaz de quo, fis-sens li l-appellant qed jghid li gew applikatipolicies zbaljati ghall- kaz in ezami, meta fil-fatt kellhom jigu applikati policies ohra. Dan ifisser li l-istess appellant qed jallega li giet applikata l-ligi zbaljata ghall-kaz in ezami u dan jammonta ghall-punt ta' dritt taht l-Artikolu 15 (2) tal-Kap. 365.

Din il-Qorti tinnota wkoll lil-istess appellant lanqas indika kif dan il-kaz jaqa' taht il-policy minnu citata ghaliex mkien ma'hemm indikat li cold storage huwa wiehed mill-izviluppi li jistghu jigu permessi. Jidher li ghal dakli huwa l-kaz odjern l-istess Pjan Lokali bl-ebda mod ma jmur kontra l-Pjan ta' Struttura.

Skond din il-Qorti ta'l-Appell, il-Bord applika l-policies li kellu japplika ghall-kaz in ezami u dawk relevanti ghall-kaz odjern kienet ukoll dik indikata bhala policy IND 12 u d-decizjoni hija proprju bbazata fuq hekk u allura hija legalment korretta. Ghalhekk dan l-aggravju tal-appellant qed jigimichud.

L-appellant jghid li d-decizjoni hija nulla peress li l-istess Bord ma hax in konsiderazzjoni li l-girien tas-sit in kwistjoni ma kinux oggezzjonaw ghall-izvilupp propost, u wkoll li l-bini adjacenti kien jappartjeni lill-istess apellant. Dwar dan l-ilment jinghad li ma jirrizultax li l-appell tal-istess appellant quddiem il-Bord kien jittratta dwar dawn il-punti.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tilqa' r-risposta ta' l-appell tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanarbiss inkwantu l-istess hija kompatibbli ma' dak hawn deciz, tichad l-appell interpost mill-appellant Gaetano Borg bir-rikors ta' l-appell tieghu stante li huwa nfondat u b'hekk tikkonferma d-decizjoni moghtija mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni