Referenza: 433/2005/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/12/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MIZZI MARLENE vs GATT ONOREVOLI MINISTRU AGOSTINO PIO SIVE AUSTIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; AZZJONI TAHT IL-LIGI TA L-ISTAMPA
Fil-Qosor
Permezz ta' din il-kawza, l-attrici qed tghid li l-intervista li saret mal-Ministru Austin Gatt, konvenut f'dan il-proceduri, hija wahda libelluza u konsegwentement talbet id-danni. Il-konvenut da parti tieghu, jwiegeb ghal din il-kawza billi jressaq eccezzjoni preliminari fis-sens li huwa ghandu jigi liberat mill-osservanza tal-gudizzju ‘l ghaliex huwa ma huwiex azzjonabbli taht il-Ligi ta' l-Istampa u dan peress li ma jistax jigi citat, la taht l-Artikolu 23 u lanqas taht l-Artikolu 24A tal-Kap. 248.

L-artikolu 23 tal-Kap. 248 isemmi l-persuni li kontrihom tista titmexxa l-azzjoni, kemm dik ta' natura penali u kemm dik ta' natura civili. Dawn il-persuni huma:
a) l-awtur tal-kitba, jekk huwa jkun kitibha sabiex tigi ppubblikata, jew jekk ikun ta' l-kunsens tieghu ghal hekk;
b) l-Editur, jew, jekk dawk il-persuni ma jkunux jistghu jigu identifikati,
c) ir-responsabbli ghall-pubblikazzjoni.

B'zieda ma dan l-artikolu tal-ligi, l-Artikolu 24A tal-istess Kapitolu, jipprovdi wkoll li jistghu jittiehdu proceduri kemm ta' natura penali u kemm ta' natura civili, kontra“kull persuna li tkun ghamlet diskors pubbliku f'cirkostanzi fejn hija tkun taf jew ragonevolment setghet tkun taf, jew tistenna li l-kontenut tieghu se jigi pubblikat f'gazzetta jew f'mezz tax-xandir u fil-fatt ikun kollu jew parti minnu hekk ippubblikat”.

Il-konvenut ressaq it-tezi li d-diskors li sar bejnu u bejn il-gurnalist tal-gurnal ‘The Times' kien wiehed privat w ghalhekk, galadarba huwa ma huwiex la l-awtur u lanqas l-Editur tal-gurnal ‘The Times', allura huwa m'huwiex azzjonabbli taht il-Ligi ta' l-Istampa. Isostni wkoll li l-Artikolu 24A tal-Kap. 248 huwa applikabbli bissmeta jsir diskors pubbliku.

Fid-dawl tal-provi mressqa quddiem il-Qorti Civili tal-Magistrati (Malta), hija tistqarr li ma taqbilx ma din is-sottomissjoni u konsegwentement mal-eccezzjoni preliminari mqanqla mill-konvenut. Dan qieghed jinghad a bazi tal-fatt li kien il-Communications Co-Ordinator fil-Ministeru tal-Ministru konvenut, li kien talab lill-gurnalist sabiex il-Ministru jaghti ntervista in konnessjoni mal-hidma tal-Ministeru tieghu fl-gheluq tat-tieni sena ta' legislatura Nazzjonalista. B'hekk il-hsieb wara din l-intervista kien, li l-pubbliku jkun jaf permezz ta' pubblikazzjoni f'artikolu fil-gurnal ‘The Times', il-hidmiet tal-Ministeru kappaggjat mill-konvenut.

Fil-fehma tal-Qorti, din l-intervista tikkwalifika bhala diskors pubbliku, minkejja li d-diskors sarbejn tnejn min nies biss. Id-diskors sar pubbliku malli tali ntervista giet ippubblikata. Il-Qorti ma taqbilx mas-sottomissjoni mressqa mill-konvenut, li dak li qal lil gurnalist, ma jikkwalifikax bhala diskors pubbliku. Ghaldaqstant, il-Qorti tichad l-ewwel eccezzjoni tal-konvenut Ministru AustinGatt u tordna l-prosegwiment tal-kawza.

Il-konvenut appella minn din id-decizjoni. Hi t-tezipreponderanti ta' l-appellanti illi dik l-intervista tieghu mal-gurnalist tat-“Times of Malta” ma kienetx tesorbita mill-isfera strettament privata u, la dan huwa hekk, id-dikjarazzjonijiet, stqarrijiet jew twegibiet tieghu ma setghux jikkwalifikaw ghal dak ta' “diskors pubbliku”. Il-konsegwenza ta' din it-tezi, skond l-appellanti, hi dik li, ankorke kien responsabbli ghal dak li ntqal minnu verbalment, dik ir-responsabilita` tieghu ma kienetx regolata taht il-Kapitolu 248. Ma' din it-tezi ristrettissima mfissra mill-appellanti, din il-Qorti ta'l-Appell rispettosament ma taqbilx.

Dinil-Qorti ta'l-Appell tinnota illi ma jirrizultax illi l-espressjoni “diskors pubbliku” tinsab cirkoskritta ghal diskors li jkun intqal ta' bilfors f'post pubbliku. Hu sufficjenti, fil-hsieb tal-Qorti,illi dak id-diskors ikun intiz ghall-pubbliku. Dan, indipendentement, mill-fatt jekk min jassistighalih ikunx wiehed jew hafna u, indipendentement ukoll, jekk s-sejha ghas-smigh tieghu tkunx generali jew ristretta. L-importanti hu li dak id-diskors ikun destinat ghall-pubbliku anke jekk bl-adoperu ta' gurnalist bhala vejikolu tal-kontenut tieghu. Skond din il-Qorti ta' l-Appell, l-istedina lil-konvenut, tramite l-PRO tieghu fil-Ministeru, ghamel lill-gurnalist tal-gurnal prexxelt ma setax ma kienx dak li hu jirrendi pubbliku l-fehmiet tieghu fuq l-affari tas-Sea Malta. Dak li ntqal minnukien dikjaratament mahsub li jkun pubbliku u ppubblikat. Din il-Qorti ma taccettax dak asserit mill-konvenut li l-gurnalist li intervistah ma informahx li kien ser jippubblika l-intervista, meta jirrizulta b' mod car minn certi dikjarazzjonijiet ta' xhieda ohra illi kien il-konvenut illi invita lill-gurnalist u li dan gharrfu li dik l-intervista kienet ser tigi hekk divulgata lill-qarrejja tal-gurnal.

Fuq ir-responsabilita` interpretativa ta' din il-Qorti ta'l-Appell ta' l-Artikolu 24A ta' l-Att, issib li l-azzjoni giet sewwa diretta mill-attrici kontra l-konvenut. Ghaldaqstant, l-appell gie michud u s-sentenza appellata fuq l-eccezzjoni preliminari kkonfermata. L-atti gew rimessi lura lill-Ewwel Qorti ghal kontinwazzjoni u definizzjoni tat-talba u ta' l-eccezzjoni rimanentighaliha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni