Reference: 2/2008

Judgement Details


Date
28/11/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BROCKDORFF PAULINE vs MONDIAL TRAVEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Ir-rikorrenti talbet danni ta' €163.06 rapprezentanti hlas addizzjonali illi ghamlu ghal-kabina ta'erba' minn nies meta fil-fatt kienet ta' tlieta. Ir-rikorrenti ssottomettiet illi hija bbukkjat kabina fuq 'cruise liner' liema kabina kellha tkun ta' erba' persuni u peress illi wahda mill-erbgha illi bbukkaw dik il-kabina kkancellat il-btala, hi kellha thallas it-terz ta' dak li kienet hallset il-persuna illi kienet ikkancellat il-btala u dan peress illi l-kabina kienet ser tigi uzata minn tlietpersuni u mhux erba' persuni izda irrizulta illi l-kabina allokata lilhom kienet fil-fatt ta' tnejnminn nies u mhux ta' erba. Ir-rapprezentant tad-ditta intimata nizel fil-kabina u billi kien hemm zewg (2) sodod tal-persuna u sufan illi seta' jinfetah, l-intimat ikkonsidra illi dan seta' jintuza minn tnejn minn nies.

It-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi ordna lill-intimat ihallas lir-rikorrenti €163.06 bl-ispejjez kontra l-istess intimat.

Kontra din is-sentenza d-ditta intimata tavvanza dawn iz-zewg aggravji:-
(1)Hi giet imharrka hazin ghaliex l-azzjoni ma kellhiex tkunproposta kontra taghha personalment izda fil-kwalita` taghha ta' agent tas-socjeta` estera NCL.
(2)It-Tribunal wasal ghad-decizjoni tieghu fuq konsiderazzjonijiet gratuwiti u infondati minghajr is-sostenn ta' prova u dan l-agir kien imur kontra l-principji ta' gustizzja naturali.

Il-Qortita'l-Appell ezaminat l-atti kif jinsabu fl-inkartament tal-kaz quddiem it-Tribunal izda minn imkienminnhom ma tirravviza r-realta` guridika inkwadrata mid-ditta appellanti ghas-sostenn ta' l-eccezzjoni taghha. L-appellata tikkontendi illi r-rapport guridiku taghha, u li fuqu ffondat l-azzjoni taghha, hu mad-ditta appellanti. Gjaladarba, rapport processwali jippresupponi l-pre-ezistenza ta' rapport negozjali, l-azzjoni sperimentata sewwa tidentifika s-soggetti li kellhom ikunu fil-litigazzjoni. Il-kontrattazzjoni tal-gita bil-cruise liner, apparentment, saret bejn l-appellata u d-ditta intimat

Fil-fehma ta' din il-Qorti minn ezami tas-sentenza appellata jidher li fuq il-principjuinformatur tal-materja u dak tal-gudizzju formattiv bl-ekwita, ghat-Tribunal kienu jezistu, fil-kumpless, elementi probatorji sufficjenti u rilevanti li kienu jaghmlu l-versjoni tal-fatti mill-appellata aktar attendibbli u kredibbli minn dik tad-ditta appellanti.

Una volta dan huwa hekk, is-soluzzjoni tal-kontroversja proposta mit-Tribunal b'dik il-valutazzjoni tieghu tal-provi u b'dak il-gudizzju razzjonali ma tistax tigi skossa minn din il-Qorti tant ghaliex is-sindakabilita` taghha huwiehed strettament limitat mil-ligi (Kapitolu 378) tant ghaliex is-sentenza appellate ma tohloq ebda ingustizzja gravi. Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza tat-Tribunal, bl-ispejjez kontra d-ditta appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info