Reference: 240/2006/1

Judgement Details


Date
28/11/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ABELA DR GEORGE vs GHIRXI FRANS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Il-procedura odjerna hi naxxenti minn artikolu intitolat “Aktar rapportagg zleali mill-midja tal-PN”- “Il-kwistjoni tal-konferenza Generali Straordinarja ta' Taqsima tal-GWU” - li gie ppubblikat fil-harga tal-gurnal l-Orizzont ta' l-5 t'Awissu tas-sena 2006, u li ghalhekk id-decizjoni odjerna hi limitata ghall-istess artikolu.

L-attur sostna li l-konvenut, bhala editur, ippubblika allegazzjonijiet li huma foloz u malafamanti fil-konfront ta' l-attur u li ghandhom bhala skop li joffendu l-unur u l-fama tar-rikorrent u jesponuh ghar-redikolu u ghad-disprezz tal-pubbliku u dana wara li l-istess konvenut kien gie tempestivament avzat mill-attur stess dwar l-infondatezza tal-allegazzjonijiet u l-gravita' ta' tali pubblikazzjoni, izda xorta ppubblika l-artikolu in kwistjoni.

Da parti tieghu, l-intimat ecepixxa illi hu, bhala editur ta' l-Orizzont m'ghamilx hag'ohra hlief li gabl-istqarrija tal-GWU, u gab ukoll ir-reazzjoni ghaliha ta' l-istess attur, u b'hekk hu zamm lill-qarrejja, b'mod fidil, mgharrfa b'affarijiet kurrenti u ta' nteress pubbliku u dan sar bla ebda animusinjuriandi versu l-attur anzi b'massima bonafede.

Fil-fehma ta' din il-Qorti, l-pubblikazzjoni ta' dik l-istqarrija mill-gurnal ma setghetx taspira li tipprevali fuq id-dritt ta' l-attur ghall-integrita` professjonali u morali tieghu. Il-pubblikazzjoni hi karika bi kritika soggettiva inkorporanti interpretazzjoni ta' fatti u tal-kondotta fl-operat ta' l-attur li ma tirrizultax li hi veritiera.

Huwa minnu li fi zmenijiet ta'llum, sew id-dottrina legali, kif ukoll il-gurisprudenza, jikkoncedu spazju wiesgha lill-kritika. Daqstant iehor, pero`, huwa minnu wkoll illi ma jidherx li dik l-istess dottrina u gurisprudenza jittolleraw li l-kritika sservi merament bhala pretest biextkun offiza r-reputazzjoni ta' haddiehor b'episodji jew fatti li ma ghandhom ebda riskontru fil-verita`.

L-appellanti ma jistax jiskansa ruhu mir-responsabilita` ghall-fatt li zamm ruhu fl-argini tal-kronaka oggettiva, u dan, sempliciment, ghaliex ippubblika ukoll il-kopja ta' l-ittra li l-attur baghat lill-midja tal-P.N. L-appellanti ma jistax jezimi ruhu mill-htija jekk bhala l-persunaresponsabbli mid-diffusjoni tat-taghrif lill-pubbliku huwa jkun naqas milli, doverosament, jikkontrolla s-sors u l-kontenut ta' dak it-taghrif.

Anke jekk din il-Qorti lesta tikkoncedi li l-attur kien soggett pubbliku, u allura setghu jigu utilizzati fil-konfront tieghu anke, espressjonijiet kritici partikolarment horox, xort'ohra lesivi tar-reputazzjoni tal-bniedem komuni, dan ma jfisserx illi dik il-kritika setghet ghal daqshekk titrasmoda ruhha f'aggressjoni personali intiza li tolqot l-isfera professjonali ta' l-attur u dik ta' l-integrita` morali tieghu.

Ghaldaqstant, l-appell qed gie rigettat u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez ta' din l-istanza kontra l-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info