Reference: 277/2006/1

Judgement Details


Date
07/11/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GAUCI BORDA THEODORA ET vs BORDA FRANK SAVERIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; KUMPENS DOVUT GHAL HSARAT KAGUNATI MINN PROPRJETA
Summary
L-atturi talbu lill-Qorti Civili tal-Magistrati (Malta) tikkundanna lill-konvenut ihallashom is-somma ta' LM2,625 rappresentanti din is-somma hsarat li qed isofru bin-non uso ta' garaxx u dan bhala kumpens skond ftehim milhuq bejn l-intimat u l-mejjet Victor Gauci Borda b' ittri.

Da parti tieghu, il-konvenut eccepixxa:-
1.Illi t-talbiet atturi huma nfondati fil-fatt u fid-dritt u dan stante illi m'hemmx obbligu da parti tieghu fil-konfront tal-atturi. Jekk qatt kien hemm xi obbligu minn naha tieghu fil-konfront ta' Victor Gauci Borda, dan m'ghadux jesisti billi l-offerta maghmula minnu saret taht cirkostanzi li sussegwentement ma kienux korretti, billi kwalsiasi offerta da parti tal-esponenti giet irtirata w in oltre llum l-gurnata huwa s-sid tal-fond de quo u r-rimedju tal-inkwilin fil-konfront tieghu f'din il-vesti huma differenti minn dawk li huma mertu tal-kawza odjerna.

2.Illi fit-tieni lok, l-azzjoni tal-atturi hija preskritta a tenur ta' l-artikolu 2153 tal-Kodici Civili.

3.Fit-tielet lok, l-ammont mitlub huwa ezagerat.

L-artikolu 998 tal-KodiciCivili:-
“Ghandu jitqies illi wiehed wieghed jew ftiehem ghalih innifsu, ghall-werrieta tieghu, ughal dawk li minnu gejjin il-jeddijiet taghhom, meta l-kuntrarju mhux stabbilit espressament mill-ligi, jew mill-partijiet fil-ftehim, jew ma jkunx jidher mix-xorta tal-ftehim.”

Imkien il-ligima tghid esperessament li l-ftehim bhal dak li ghamel il-konvenut ma' l-awtur tal-atturi, aventi causa minnu, ma kienx stipulat ghal dawk ukoll, u m'ingiebet ebda xhieda biex turi li dan kien il-hsieb tal-partijiet. L-obbligazzjoni tikkonsisti fil-hlas ta' somma flus kull tant zmien, ma hemm ebdaprestazzjoni ta' natura personali marbuta mal-persuna tal-partijiet li ftiehmu. M'hemm xejn fix-xorta tal-ftehim li turi li dan ma sarx ukoll fl-interess tas-successuri tal-partijiet. Ghaldaqstant il-Qorti tal-Magistrati cahdet l-ewwel eccezzjoni.

Fit-tieni lok, il-konvenut eccepixxa l-preskrizzjoni ai termini tal-Artikolu 2153 tal-Kodici Civili. Dan l-istess artikolu jiddisponi is-segwenti:-
“L-azzjoni ghall-hlas tal-hsarat mhux ikkagunati b'reat taqa' bi preskrizzjoni bl-gheluq ta'sentejn.”

Il-Qorti tal-Magistrati qieset li din l-eccezzjoni hija kontradittorja ghall-ewweleccezzjoni moghtija mill-konvenut u dan ghaliex ma jistax l-konvenut l-ewwel jghid li m'hemmx obbligazzjoni u wara jghid li l-azzjoni hija preskritta.

Il-Qorti ma qabilx ma'l-uzu tal-Artikolu 2153 tal-Kodici Civili, ghaliex din mhiex kawza ghall-likwidazzjoni ta' danni sofferti minhabba l-hsarat kagunati mill-konvenut fil-fond li kien proprjeta ta' l-atturi izda hija talba bazata fuq skrittura.

L-atturi qed jitolbu kumpens ghall-perjodu bejn l-ewwel (1) ta' Settembru 1996 sa l-ewwel (1) ta' Marzu 2007. L-konvenut verament ma hallasx il-kumpens dovut minnu skond il-ftehim. Il-konvenut ma ressaq l-ebda prova kuntrarja ghal din l-allegazzjoni u ghalhekk tali talba tidher gustifikata.

Ghaldaqstant,Il-Qorti tal-Magistrati, filwaqt li cahdet l-eccezzjonijiet kollha imresqa mill-konvenut, laqet it-talba atturi u kkundannat ill-konvenut ihallas lill-atturi.

Il-konvenut appella minn din is-sentenza. Pero' din il-Qorti tal-Appell cahdet l-appell u kkonfermat s-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info