Reference: 2850/1996/2

Judgement Details


Date
03/10/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BUNDY JOHN ET vs AWTORITA' TAX-XANDIR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AWTORITA` TAX-XANDIR, FUNZJONIJIET TA` - AWTORITA` TAX-XANDIR, PROJBIZZJONI LI WIEHED JIEHU SEHEM F`XANDIR - PRINCIPJI TAL-GUSTIZZJA NATURALI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV
Summary
Il-funzjoni ta' l-Awtorita` tax-Xandir hija wahda duplici u cioe':

1. Dak primarju bhala strument kostituzzjonali biex tassigura d-dritt fondamentali tal-liberta ta' l-espressjoni fi sfond ta'ekwita', imparzjalita, w ugwaljanza ta' opportunita'; u

2. Dak sekondarju izda xejn anqas importanti, li hi l-funzjoni organizzattiva mmirata lejn l-implimentazzjoni fil-prattika tal-politikasalutari tal-pluralizmu fix-xandir.

Illi jekk, allura, l-Awtorita` tax-Xandir, ma tosservax dawn il-paramentri, hija tkun qed tagixxi ultra vires il-poteri taghha.

Ghalkemm fl-ezercizzjuta' dik il-funzjoni l-Awtorita' tax-Xandir ma hija soggetta ghall-kontroll ta' l-ebda persuna jew awtorita' ohra, l-istess Qorti ghandha l-poter anke f'dawn li tivverifika jew l-ezercizzju tad-diskrezzjonji lilha konferita bil-Kostituzzjoni jew bil-Ligi, l-Awtorita' kienetx hadet konsiderazzjoni c-cirkostanzi kollha rilevanti u mehtiega biex tifforma l-gudizzju taghha biex tkun f'posizzjoni li sewwa tezercita d-diskrezzjoni lilha moghtija b'mod esklussiv.

Il-Prim' Awla tal-Qorti Civilighandha gurisdizzjoni fil-limitu fuq indikat sabiex tisthareg l-istess ordni tal-Awtorita' tax-Xandir kemm abbazi tal-principji ormai sanciti fil-gurisprudenza nostrali u entro l-limiti hemm indikatiu wkoll abbazi tal-artikolu 469A tal-Kap 12, u la darba dwar l-istess ilment attrici ma hemm l-ebdaostaklu ghalih sabiex.

L-Awtorita` tax-Xandir ghandha dover li tassigura li tigi mizmuma imparzjalita' xierqa dwar hwejjeg ta' kontroversja politika jew industrijali jew li jirriferexxu ghall-policy pubblika korrenti, u l-facilitajiet u l-hin tax-xandir huma mqassma b'mod xieraq bejn persunili jkunu ta' partiti politici differenti.

Dan pero' ma jfissirx li l-Awtorita` tax-Xandir tista' tipprojbixxi lil individwu milli jiehu sehem f' kull tip ta' xandir, anke fi programmi per ezempju ta' sports, spots kummercjali u reklami, u daqq ta' diski, li ma ghandhom l-ebda messagg jew accenn ta' politika, jew materji ta' kontroversja industrijali kwalunke.

L-Awtorita` tax-Xandir ghandha obbligu li tosserva l-principji tal-gustizzja naturali fil-funzjoni regolatrici taghha u danperess illi d-decizjoni ta' l-Awtorita' tapplika ghall-istazzjonijiet tax-xandir kollha u ghall-persuni kollha li fihom jahdmu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info