Reference: 54/2006

Judgement Details


Date
20/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
GRIMA FABIO vs IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 39 TAL-KOSTITUZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM; ARTIKOLU 6 TA L-EWWEL SKEDA TAL-KAPITLOLU 319 TAL-KONVENZJONI EWROPEA
Summary
Ir-rikorrenti kien instab hati, fi proceduri ta' natura kriminali, talli bhala l-persuna, li f'ismughandu l-licenza tal-hanut tal-inbid, birra u xorb spirituz bl-isem ta' Vertigo, fi Triq San Gorg, Paceville, San Giljan halla tifla ta taht is-sittax il-sena tidhol fl-imsemmi hanut. Ir-rikorrenti kien gie hekk misjub hati b'sentenzi kemm tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta' GudikaturaKriminali kif ukoll tal-Qorti tal-Appell Kriminali. L-esitu ta' dawn il-proceduri kien li r-rikorrenti gie kkundannat ihallas multa u inoltre l-licenzja relattiva tieghu giet skwalifikata ghal xahar.

Skond ir-rikorrenti bl-imsemmija proceduri kriminali, b'mod partikolari bid-decizjoni li tigisospiza l-licenzja tieghu ghal certu periodu, gew lesi d-drittijiet fundamentali tieghu kif sancitifl-Artikolu 39 tal-¬Kostituzzjoni ta' Malta kif ukoll fl-Artikolu 6 ta' l-Ewwel Skeda tal-Kapitolu319 (Konvenzjoni Ewropea). Il-bazi principali tal-lanjanzi tar-rikorrenti hi li gie applikat artikolu tal-ligi u cioe tal-Kodici Kriminali, li in effett, skond ir-rikorrenti, ma kienx applikabbli ghalproceduri kriminali imsemmija. Skond ir-rikorrenti gie applikat l-Artikolu 30 tal-Kodici Kriminalimentri gew injorati ghal kollox ir-regolamenti 15(a) u (c) u 15(3) tar-Regolamenti biex Jinzamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment (L.S. 10.40). Ghal dawn ir-ragunijiet ir-rikorrenti talab litigi ordnata s-sospensjoni tal-ezekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell Kriminali u li minhabba li kien hemm ksur ta' drittijiet fundamentali tigi sospiza u tigi minghajr effett dik il-parti tal-imsemmija sentenza fejn gie deciz li l-licenzja tar-rikorent tigi sospiza.

Skond din il-Qorti, ma jirrizultax li r-rikorrenti ma nghatax smiegh xieraq fil-proceduri kriminali in kwestjoni. Bl-ebda mod ma jirrizulta li fil-kors tal-proceduri gew lezi xi drittijiet fubdamentali tar-rikorrenti. Jinghad ukoll li anke jekk kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, din, fl-opinjoni tal-Qorti, ma tammontax ghal lezjoni tad-drittijiet fundamentali ta' minn issubixxa proceduri kriminali. Fil-kazpartikolari ma jirrizultax li l-ligi giet applikata hazin. Il-Qorti kompetenti kellha kull dritt, li jekk hekk dehirlha, tapplika ghal kaz in esami, l-imsemmi artikolu tal-Kodici Krimnali. Din il-Qorti tikkonkludi billi tiddeciedi li it-talbiet tar-rikorrenti ma jistghu qatt jigu akkolti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info