Referenza: 75/2005/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CARUANA DEMAJO MARIA vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, HLAS TA TAXXA ZEJDA
Fil-Qosor
L-attrici hija penzjonanta u kienet tircievi l-pensjoni taghha b'mod regolari. F' Jannar 1996 saretemenda ghall-Artikolu 33 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Socjali permezz tal-Att 21 tal-1996. Qabel l-emenda l-penzjoni tar-romol kienet ikkalkolata fuq il-‘contribution average' u tohrog cifra stabbilita', skond skeda ta' l-istess att. Wara l-emenda d-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali kellu bzonn jigbor informazzjoni fuq l-impjieg illi kellu r-ragel, l-mara kif ukoll is-salarju qabel il-mewt.Meta l-attrici mbaghad ikkalkolat dak li kien dovut lilha matul iz-zmenijiet u baghtet is-self assessment lid-Dipartiment tat-Taxxa, dan l-ahhar dipartiment ma accettax il-kalkoli ta' l-attrici u minflok iddecieda li jintaxxa lill-attrici fuq l-ammont shih ta' arretrati li rceviet permezz ta' cekk.

L-attrici dehrilha illi kienet saret ingustizzja kbira fil-konfront taghha u ghamlet ilment lill-Ombudsman li laqa' l-ilment taghha, iddikjara nuqqas fid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali u rrakkomanda illi d-Dipartiment tat-Taxxa jaghmel l-aggustamenti halli jirrifondi l-flus lill-attrici u ssir gustizzja maghha. Peress illi d-decizzjonijiet tal-Ombudsman mhumiex vinkolanti fuq id-dipartimenti, id-Dipartiment tat-Taxxa ghazel li jinjoraha u ghalhekk l-attrici kellha tadixxi lill-Qorti sabiex tiehu l-gustizzja li jidhrilha li ghandha tiehu.

L-ewwel Qorti qablet mal-konkluzzjoni ta' l-Ombudsman meta huwa ggustifika l-ilment ta' l-attrici u ndirizza l-kawza bhala nuqqas tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali. Il- Qorti ikkundannat lid-direttur konvenut biex jhallas is-somma €3559.28 (Lm1,528) danni rapprezentanti taxxa fuq id-dhul u mghaxijiet zejda imposti fuq l-attrici b'konsegwenza tal-fatt illi thallset erba' snin tard arretrati ta' pensjoni dovuti lilha skond il-ligi.

Din il-Qorti ta l-Appell tikkonkludi li ma jistax jinghad li l-adozzjoni tal-mekkanizmu adoperat mill-appellanti jista' jakkwista t-timbru ta' amministrazzjoni tajba jew rakkomandabbli, u ghal liemakellu suppost jaspira ruhu. Hu, anzi, distingwibbli illi l-appellanti naqas li juniforma ruhu mal-ligi, ezemplifikata mill-Artikoli 33A u 98 (1) (b) (iii) tal-Kapitolu 318 kombinati flimkien, u dan l-att illegittimu tieghu mhux biss gab vjolazzjoni tar-regoli ta' l-amministrazzjoni tajba izda wkolllezjoni ghall-aspettattivi legittimi ta' l-appellata taht l-isemmi Kapitolu.

Ghaldaqstant din il-Qorti tikkonferma is-sentenza appellata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza kontra d-Direttur appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni