Reference: 772/2006/1

Judgement Details


Date
17/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA MARCO ET vs DRAGONARA RESORT LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERQ MINN LUKANDA
Summary
L-atturi marru ghal “weekend break” fil-lukanda Westin Dragonara u fil-kors ta' l-alloggjar taghhomgew derubati minn zewg crieket tad-djamanti li, skond huma, kienu minnhom depozitati fis-“safe” tal-kamra. Is-socjeta` konvenuta tiddefendi ruhha kontra din l-allegazzjoni u l-konsegwenti pretensjonita' l-atturi ghar-rizarciment tad-danni li jammonta ghal valur ta €3,494.06 billi tikkontendi li hi ma kienetx fi htija.

It-Tribunal qata' u ddecieda billi fl-ewwel lok iddikjara lill-partijiet ugwalment responsabbli ghat-telf soffert mill-atturi billi dawn ikkontribwew ghall-akkadut daqs is-socjeta' konvenuta u li ghalhekk it-talba attrici ghandha tintlaqa' in parte fis-sens li s-socjeta' konvenuta ghandha thallas lill-atturi s-somma ta' €1,747.03, nofs il-valur tal-gojjelli li gew misruqa mil-lukanda Westin fejn kienu qed jalloggjaw l-atturi u li qed tigi kkundannata thallas lill-atturi. L-ispejjez tal-kawza kellhom jigu ssopportati mill-partijiet nofs kull wiehed.

L-appell devolut lil din il-Qorti mis-socjeta` konvenuta jikkontjeni kontestazzjoni dwar l-apprezzament tal-provi maghmul mit-Tribunal u l-interpretazzjoni minn dan tad-disposizzjoni tal-ligi ghall-fatti accertati.

Din il-Qorti tistqarr illi ma tistax taqbel mal-konkluzjoni li gie ghaliha t-Tribunalfis-sens illi l-istanza ta' l-atturi ma setghetx, in bazi ghall-fatti ezaminati, titqies fondata.Anzi, tista' tghid illi, fil-maggjor parti, il-premessi fattwali li jaghmel it-Tribunal huma zbaljati u imprecizi u dan wassal biex l-istess Tribunal ghamel diversi spekulazzjonijiet azzardati li ma kellhomx isiru.Din il-Qorti, twarrab is-sentenza appellata in kwantu tiddefetta kemm minn konsiderazzjonijiet sew ta' fatt, kif ukoll ta' dritt. Ghal dawn il-motivi din il-Qorti qed tilqa' l-appell, thassar ghal kollox is-sentenza appellata u b'hekk tichad it-talba ta' l-atturi appellati kontenuta fl-Avviz. L-ispejjez taz-zewg istanzi jitbatew mill-istess atturi appellati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info