Reference: 640/1998/1

Judgement Details


Date
16/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SALIBA PHILIP DOTT PRO ET NOE vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM; ARTIKOLU 14 U ARTIKOLU 1 TA L-EWWEL PROTOKOL TAL-KONVENZJONI GHALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM - ESPROPJAZZJONI
Summary
Il-Qorti rat ir-rikors imressaq fit-13 ta' Marzu, 1998, li bih ir-rikorrent, bhala sidien ta' sehemta' nofs mhux maqsum minn ghadd ta' binjiet li kienu jinsabu fl-Isla, garrbu ksur tal-jeddijiet taghhom imharsin bl-Artikoli 14 u 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiettal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Ir-rikorrenti qed jitolbu li din il-Qorti taghtihom kull rimedju xieraq kontra dan il-ksur. Jghidu li dan sehh meta, fi Frar tal-1951, il-Gvern ha l-imsemmi bini f'idejh b'titolu ta' pussess u uzu u, xi zmien wara u bla ma kiseb il-kunsens taghhom, waqqa' dak il-bini u tella' minfloku bini gdid iehor u nqeda minn bicca minn dak il-gid biex wessa' t-triq ta' quddiemu. Kien biss f'Gunju tal-1993 li l-Gvern kien iddikjara li l-imsemmi akkwist kellu jkun b'titolu ta' dominju pubbliku. Ir-rikorrenti jilmentaw li l-ghamil tal-Kummissarju intimat jikseril-jedd taghhom ghat-tgawdija bla xkiel tal-pussess ta' hwejjighom taht l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni, u l-jedd taghhom li ma jkunux diskriminati taht l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni.

Mill-fatti li johorgu mill-atti tal-kawza, l-Qorti ssib li t-tehid tal-gid tar-rikorrentil-ewwel taht titolu ta' pussess u uzu u, wara, b'dominju pubbliku m'ghandux jitqies bhala tehid tal-gid, ghaliex ir-rikorrenti ghadhom sal-lum maghrufin bhala s-sidien tal-bini mehud. Ghalhekk, l-ghamil tal-intimat jikkostitwixxi ghamla ta' kontroll fl-uzu ta' dak il-gid. Il-Qorti tqis li ghat-tehid jew indhil fl-uzu tal-gid tar-rikorrenti, l-intimat qieghed ihallas lir-rikorrenti l-kera tal-gharfien. Meta wiehed jiehu qies tal-kera ta' dak iz-zmien dwar djar qodma u mal-fatt li l-gid ma kienxf'idejn l-awtur tar-rikorrenti b'titolu ta' proprjeta' hielsa, ma jidhirx li t-tehid tal-pussess min-naha tal-Gvern u l-kumpens moghti gab fir-rikorrenti dak il-pregudizzju kbir li jsemmu fis-sottomissjonijiet taghhom.

Ir-rikorrenti jqanqlu ukoll il-kwestjoni tal-abbuz li sar min-naha tal-Kummissarju intimat bil-fatt li, minkejja li l-bini taghhom ittiehed taht titolu ta' pussess u uzu, dan qabad u garraf il-bini bla ma talab il-kunsens taghhom u minflok bena u ha bicca mill-gid taghhombiex wessa' t-triq. Dwan dan, il-Qorti ssib li, minn kif sehhew il-grajjiet tal-kaz, jidher li t-tehid fiziku tal-gid tar-rikorrenti sehh sahansitra qabel ma nharget id-dikjarazzjoni formali tat-tehid taht pussess u uzu, ghaliex il-bini ttella' minnufih wara tmiem il-Gwerrra. Fit-tieni lok, jidher li din il-Qorti hija mizmuma ratione temporis milli tqis dan l-aspett tal-ilment, minhabba dak lijipprovdi l-Artikolu 7 tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta u ghaliex iz-zmien li l-gid kien mizmum taht titolu ta' pussess u uzu kien bosta snin qabel l-1 ta' April, 2002. Ghal dawn ir-ragunijietil-Qorti qieghda ssib li r-rikorrenti ma garrbux ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni bl-ghamil tal-intimat Kummissarju tal-Artijiet.

Rigward il-jedd tar-rikorrenti li ma ssirx diskriminazzjoni maghhom jidher li huma jilmintaw mill-fatt li l-intimat ghazel li l-bini li kien ittiehed b'titolu ta' uzu u l-pussess fl-1951 ittiehed taht titolu ta' dominju pubbliku fl-1993 umhux b'xiri assolut. Huma jishqu li f'kazijiet ohrajn bhal taghhom il-Gvern kien xtara l-gid esproprjat b'xiri assolut minghand is-sidien esproprjati. Ghalhekk, iqisu li nghataw trattament differenti minn haddiehor u b'hekk garrbu diskriminazzjoni. Fil-kaz li ghandna quddiemna, johrog li l-ghazlatal-intimat li jiehu l-binja taht titolu ta' dominju pubbliku hija wahda mill-ghazliet li l-ligi espressament taghtih id-dritt li jaghmel. Ghaldaqstant, l-intimat ma kienx marbut li t-tehid iwettqu tabilfors b'titolu ta' xiri assolut.

Ir-rikorrenti ma wrew bl-ebda mod li xi nies jew sidienohrajn fl-istess qaghda taghhom inghataw trattament ahjar minnhom. Il-Qorti ma ssibx li hemm wisq izjed li jista' jwassal biex jitqies ukoll li d-differenza fit-trattament kienet wahda diskriminatorja ghall-finijiet tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni u ma jistax jinghad li l-ilment tar-rikorrenti huwawiehed misthoqq.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info