Reference: 389/2005/1

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BUGEJA ALFRED ET vs COTTONERA WATERFRONT GROUP PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Mill-atti processwali jirrizulta li l-partijiet kienu dahlu f'konvenju, fejn is-socjeta konvenuta kienet obbligat ruhha li tbiegh u tittrasferixxi lill-atturi appartament flimkien ma garage space fi stat komplut fi kliem il-konvenju “in a complete state”. L-attur xehed u qal illi l-appartament li kien obbliga ruhu li jixtri ma kienx lest meta gie nterpellat mis-socjeta konvenuta sabiex jersaq ghall-kuntratt u kien ghad fadal diversi affarijiet xi jsiru kemm fih kif ukoll fil-garage space in kwistjoni.

L-Ewwel Qorti ikkonkludiet li l-atturi ma kienux obbligati li jersqu ghall-iffirmar tal-kuntratt finali kif effettivament ghamlu u dan ghaliex l-appartament u l-garage space in vendita ma kienux lesti u s-socjeta konvenuta naqset li tipprovdi l-completion certificate kif kienet obbligata li taghmel skond il-konvenju u naqset li tipprovdi l-istess fuq il-kuntratt tal-bejgh. Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti laqghet it-talbiet ta' l-atturi u kkundannat lis-socjeta konvenuta thallas lill-istess atturi s-somma ta' LM2,080 bl-imghax skond il-ligi. Is-socjeta' konvenuta appellat minn din is-sentenza.

Hi disposizzjoni esplicita tal-Kodici Civili fl-Artikolu 1147 (1) illi “kull hlasjissopponi dejn, u dak li jhallas bla ma jkollu jinghata jista' jintalab lura”. Skond id-dottrina ul-gurisprudenza prevalenti, l-azzjoni restitutorja li tiskaturixxi minn din in-norma hi personali bejn dak li hallas (is-solvens) u dak li rceva (l-accipiens). Jinkombi fuq l-attur l-oneru li jipprova mhux biss il-fatt tal-pagament, imma wkoll in-nuqqas tal-causa debendi, ossija li dak il-hlas ma kienx dovut.

L-obbligazzjoni tal-hlas ta' dawk l-istess interessi qatt ma kien ikkontrattatu lanqas ma kien hemm kawza gustifikativa ghal pagament taghhom. Fil-fehma ta' din il-Qorti ta' l-Appell, il-provi manifestament juru illi dik l-insistenza tas-socjeta` appellanti ghal hlas ta' dawkl-interessi ma kienx hemm lokha gjaladarba x-xogholijiet kollha fit-termini tal-konvenju ma kienux ghadhom realment mitmuma. Skond il-Qorti ta' l-Appell, il-kondotta tas-socjeta` konvenuta tramite r-rapprezentanti taghha, ttraduciet ruhha f'att li tista' tigi kwalifikata bhala leziva tal-liberta ta'awto-determinazzjoni mill-atturi. Dan minghajr motiv gust tal-mezz adoperat bl-imposizzjoni ta' interessi meta la l-konvenju u lanqas is-sitwazzjoni ma kienu jitolbu li dan isir.

Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell tara, bhall-Ewwel Qorti qabilha, illi d-domanda attrici, bl-appogg tal-provi, tidher gustifikata u, allura, ghandu jsir mis-socjeta` appellanti ir-riversament tal-hlas ta' l-interessi korrisposti indebitament. Ghaldaqstant din il-Qorti tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza kontra s-socjeta` konvenuta appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info