Reference: 41/2004/1

Judgement Details


Date
30/07/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
PULIZIJA vs CAMILLERI MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SMIGH XIERAQ
Summary
Il-Qorti Kostituzzjonali ssottomettiet li l-kaz kontra Dr. Noel Arrigo u Dr. Patrick Vella min-nahawahda, u l-kaz kontra Zammit min-naha l-ohra huma relatati u konnessi. Ghalhekk jekk inghatat impressjoni li l-ex-Imhallfin huma hatja, huwa implicitu li nghatat impressjoni li l-komplici u, jew ko-partecipanti, it-terzi persuni li direttament, jew indirettament, allegatament ippartecipaw fir-reat,huma wkoll hatja. L-imputat Zammit qed jallega li ghaldaqstant, jekk gie lez id-dritt ghall-smigh xieraq tal-ex Imhallfin, gie lez ukoll id-dritt ghal smigh xieraq tieghu. L-imputat jitlob li din il-kwistjoni tigi mibghuta lill-Prim Awla tal-Qorti Civili (Sede Kostituzzjoni) a tenur tal-Artikolu 46(3) tal-Kostituzzjoni u 4 (3) tal-Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta.

Din il-Qorti taqbel illi fis-sistema guridika taghna hemm garanziji u salvagwardji bizzejjed b'mod illi, anke jekk kellu jirrizulta illi, permezz ta' kliem illi ntqal waqt xi konferenza stampa, giet pregudikata l-prezunzjoni ta' l-innocenza ta' l-appellanti, ma jistax jinghad illi r-reati kriminali illi bihom huma akkuzati l-istess appellanti ma jigux determinati minn qorti oggettivament indipendenti u imparzjali. Il-Qorti thoss li kull kliem li seta' ntqal minn kull persuna, awtorita`, gurnal, mezzi ohra tax-xandir, ma jistax jaffettwa d-decizjoni finali ta' gudikant u dana kemm tal-Qorti tal-Magistrati, tal-Qorti Kriminali jew ta' l-Appell.

Ebda gudikant li jisthoqqlu jkun tali m'hu sejjer qatt ikun influwenzat minn xi kliem li xi awtorita` tista' tghaddi u ghalhekk anke jekk wiehed kellu ma jaqbilx ma' dak li ntqal fil-partijiet precedenti ta' din is-sentenza, xorta wahda dan l-element huwa sufficjenti biex b'mod definittiv jiddeciedi kompletament ir-referenza maghmula. Il-Qorti ghalhekk kategorikament thoss li s-sottomissjonijiet ta' l-imputati m'ghandhomx jigu milqugha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info