Reference: 39/2007

Judgement Details


Date
20/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
XUEREB ANDREW ET vs COLEIRO KURT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; HITAN TA BARRA JAGHMEL PARTI MINN CONDOMINIUM
Summary
L-intimat Noel Coleiro spjega illi huwa installa sistema ta' arja kondizzjonata illi m'ghandhiex bzonn outside unit. Pero' din is-sistema biex tiffunzjona tajjeb jehtieg li l-unit intern jitwahhal mal-hajt li fih ikun hemm aperturi li jippermettu cirkolazzjoni ta' arja.L-intimat isostni illi l-hajtli fih saru t-toqob imsemmija ma jifformax parti mill-"Common Parts" u ghalhekk il-mertu tal-kaz mahux ta' kompetenza ta' l-arbitragg mandatorju ai termini ta' l-Att dwar il-Condominia.

SkondArtikolu 2 ta' l-Att dwar il-Condominia (Kapitolu 398) it-tifsira ta' Condominium hi
"bini jew grupp ta' bini fejn il-proprjeta` jew l-uzu jew it-tgawdija tal-partijiet komuni tieghu hija ta' zewgpersuni jew izjed pro indivizo u l-proprjeta` tad-diversi oqsma separati hija ta' l-istess zewg persuni jew izjed pro diviso".

Li huwa kontestat hu jekk il-hajt estern li fih saru it-toqob jifformax jew le parti mill-partijiet komuni. Skond l-artikolu 5 ta' l-Att dwar il-Condominia (Kapitolu398) hemm presunzjoni juris tantum illi "l-hitan ta' barra" huma parti komuni ta' condominium. Ghaldaqstant l-eccezzjoni ta' l-intimat li l-hajt estern li fih saru t-toqob mertu ta' dawn il-procedurima hux hajt komuni giet respinta.Stabbilit illi l-hajt in meritu huwa hajt komuni ai termini ta' Kapitolu 398, huwa applikabbli l-Artikolu 8 sub-inciz 3 li jipprovdi illi:-
"... m'ghandux isir danit-tibdil jew tigdid li gej fil-partijiet komuni kemm-il darba ma jkunx hemm il-kunsens unanimu tal-condomini kollha :
(a) dak li jibdel l-estetika u d-dehra tal-condominium;
(b) dak li jolqot b'mod sostanzjali l-uzu jew it-tgawdija ta' xi parti komuni minn xi wiehed mill-condomini; jew
(c)dak li jista' jippregudika l-istabbilita' jew is-sigurezza tal-bini."

L-Arbitru josserva illi f'dak li ghandu x'jaqsam ma' l-estetika u d-dehra tal-condominium, il-ligi hija tassativa. Tipprojbixxi kwalunkwe haga li tibdel l-estetika u d-dehra tal-condominium. Ghalhekk kwalunkwe haga li tolqot "l-estetika u d-dehra" tal-partijiet komuni hija projbita jekk ma jkollhiex l-approvazzjoni tal-condomini kollha, sakemm naturalment ma taqax taht xi provvediment iehor bhal dak li jirrigwarda l-mobilita' u l-installazzjoni ta' lift. Kuntrarju ghal per ezempju l-istallazzjoni ta' lift, il-kunsenstal-condomini l-ohra fir-rigward ta' dak li ghandu x'jaqsam ma' l-estetika u d-dehra tal-condominium ma jistax jigi sostitwit b'decizjoni ta' l-Arbitru.

Ghaldaqstant, l-Arbitru laqa' t-talbiettar-rikorrenti u pprefiggi lill-intimat terminu ta' erba' xhur mid-decizjoni tas-sentenza sabiex inehhi l-aperturi li huwa ghamel fil-hajt estern komuni u rripristina l-istess ghall-istat li kien qabel ma ghamel tali xoghlijiet.

L-intimat appella minn din is-sentenza pero' l-Qorti ta'l-Appell ikkonkludiet li l-appell mhux fondat. Ghaldaqstant din il-Qorti tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez kontra l-intimat appellanti




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info