Reference: 10/2007

Judgement Details


Date
18/06/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
SAID FRANCIS ET vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SMIGH XIERAQ
Summary
Il-Qorti tosserva li minn analizi ta' gurisprudenza tal-Qorti Ewropeja (f'kazijiet mhux ta' natura kriminali) l-Istat jigi meqjus responsabbli ghad-dewmien fil-kazijiet li gejjin:
a. jekk ikun hemm dewmien fit-twettiq ta' xoghol ta' rutina fir-registru tal-Qorti;
b. jekk il-Qorti ddum minghajr raguni valida biex tisma' l-kaz;
c. jekk l-Istat idum sabiex jipprezenta x-xhieda tieghuf'kazijiet fejn l-istat ikun parti;
d. jekk ikun hemm dewmien stante aggornament ta' kawza sakemm tinstema' kawza ohra, u l-procedura f'din l-ahhar kawza tkun hi nfisha afflitta minn dewmien ta' xi wiehed minn dawn it-tipi msemmija;
e. minhabba f'dewmien li jkun gej min-nuqqas ta' ko-ordinazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi differenti.

Biex jigi determinat jekk smigh sarx fizmien ragjonevoli kif mitlub fl-artikoli 39(2) tal-Kostituzzjoni u 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropeja, wiehed irid jara:
1. in-natura jew komplessita` tal-kaz in kwistjoni;
2. kondotta tal-partijiet fil-kawza;
3. il-mod kif dawk il-proceduri gew trattati u kondotti mill-awtorita` gudizzjarja stess.

L-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni jghid:
39. (1) Kull meta xi hadd ikun akkuzat b'reat kriminali huwa ghandu, kemm-il darba l-akkuza ma tigix irtirata, jigi moghti smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali mwaqqfa b'ligi.

Inoltre l-artikolu 6tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem jghid:
“(1) Fid-decizzjoni tad-drittijiet Civili u ta' l-obbligi tieghu jew ta' xi akkuza kriminali kontra tieghu, kulhadd huwa ntitolat ghal smigh imparzjali u pubbliku fi zmien ragonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi.Is-sentenza ghandha tinghata pubblikament izda l-istampa u l-pubbliku jista' jigi eskluz mill-proceduri kollha jew minn parti minnhom fl-interess tal-morali, ta' l-ordni pubbliku jew tas-sigurtà nazzjonali f'socjetà demokratika, meta l-interessi tal-minuri jew il-protezzjoni tal-hajja privata tal-partijiet hekk tehtieg, jew safejn ikun rigorozament mehtieg fil-fehma tal-qorti f'cirkostanzi specjali meta l-pubblicità tista' tippregudika l-interessi tal-gustizzja.”

Hemm diversi aspetti lijridu jigu kunsidrati biex wiehed jezamina l-aspett ta' dewmien ghax id-dewmien ipoggi fil-periklu l-effettivita` u l-kredibilita` tal-gustizzja. Il-Qorti trid toqghod attenta li taghmilha cara li r-responsabbilta` ta' kull gudikant tiddependi mill-kwalita` u numru ta' xoghol assenjat lilha kif ukoll l-istaff u mezzi ohra disponibbli ghaliha. Izda l-Istat xorta jkun responsabbli li jekk fl-assenjazzjoni tad-doveri jew staff jew mezzi ohra jkun irrenda impossibbli li l-processi jinqatghu fi zmien ragjonevoli.Biex jigi determinat jekk kienx hemm dewmien irragonevoli kull kaz irid jigi studjat fuq il-mertu tieghu.

Iz-zmien jibda jiddekorri minn meta l-akkuzat ikun rinfaccjat b'cirkostanzi tali li “substantially affect the situation of the suspect”. Normalment dan jirriferixxi ghall-mument meta persuna tkun infurmata dwar ir-reat li fuqu qedgha tigi investigata jew minn meta tigi arrestata. Mhix rilevanti d-data ta' meta sar r-reat, jew meta ssir l-inkjesta magisterjali. Il-gurisprudenza stabbilit tlitt kriterji principali indikattivi tar-ragonevolezza ta' dan it-tul taz-zmien:
- Il-komplessita` tal-kaz;
- Il-mod kif il-proceduri kriminali gew kondotti mill-Qorti;
- Il-kondotta tal-applikant.

Il-Qorti tikkonkludi li d-dewmien kien wiehed esagerat fil-kazin ezami.Kawza ta' dan kollu fil-konfront tar-rikorrent gew vjolati d-drittijiet fundamentali tieghuminhabba nuqqas ta' smigh xieraq fi zmien ragjonevoli kif mitlub mill-artikolu 39 tal-Kostituzzjoniu l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info