Reference: 369/2004/1

Judgement Details


Date
13/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIFSUD JOSEPH ET vs CUTAJAR PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ZGUMBRAMENT
Summary
Permezz ta' skrittura ta' lokazzjoni, l-atturi kienu krew lill-konvenut il-hanut bl-isem ta' ‘Blossoms' fi Triq Gurgier, Birzebbugia flimkien ma' garage li kellu jintuza bhala spizerija bir-rata stabbilita kif ukoll bil-kondizzjoni li kemm-il darba l-inkwilin jonqos li jhallas skadenza kera sa xaharminn meta taghlaq, tispicca l-kirja awtomatikament. Sussegwentement, il-partijiet ghamlu skritturaohra fejn irrevedew il-kera tal-garage u nghata permess li dan jintuza bhala clinic ta' tabib. Fl-istess hin il-partijiet iddikjaraw illi kemm-il darba li l-inkwilin u cioe' l-konvenut ma jhallasx il-kera fi zmien stipulat il-kirja tispicca awtomatikament u l-inkwilin jintrabat li jassenja l-proprjeta' lis-sid bil-‘vacant possession' immedjatament. Ghal xi zmien il-kondizzjonijiet pattwiti bejn il-partijiet inzammu mit-tnejn, pero' l-konvenut beda jaqa' moruz fil-hlas tal-kera

Il-konvenut ammetta illi ma hallasx il-kera dovut lill-attur u meta mar ihallas xi sitt xhur wara, l-attur maaccettahhomx u qallu li kellha ssir kirja gdida peress illi dak illi kien hemm qabel m'ghadux aktarisehh. Il-partijiet jikkonfermaw illi saret proposta gdida b'rata ghola li giet accettata mill-konvenut, pero' l-atturi jghidu illi meta marru ghand in-Nutar b'appuntament mal-konvenut, dan ta' l-ahhar ma tfaccax.

Illum is-sitwazzjoni hi li l-konvenut baqa' jokkupa l-fond in kwistjoni minghajr la hallas u lanqas ma ddepozita l-kera dovuta lill-atturi.

L-Artikolu 171 tal-Kap 12 ighid illi quddiem il-Qrati inferjuri l-procedura ssir f'ghamla ta' avviz semplici, iffirmat mir-registratur li fih ikun hemm l-isem u l-kunjom ta' l-attur u tal-konvenut, it-talba ta' l-attur u l-jum ul-hin meta l-konvenut ghandu jidher. Dawn l-fatturi kollha huma nkorporati fl-avviz in kwistjoni u t-talba hija wahda cara ghall-izgumbrament tal-konvenut minhabba morozita' fil-hlas tal-kera. Il-fattilli dan kien naxxenti minn skrittura, hija ncidentali ghat-talba u ma kienx hemm ghalfejn min nahha ta' l-atturi illi jinkludu wkoll talba dikjaratorja li l-ftehim in kwistjoni m'ghadux isehh.

Barraminnhekk il-Qorti taghmel referenza ghall-Artikolu 213 tal-Kap 12 minn fejn jirrizulta car illi quddiem il-Qorti tal-Magistrati ma hemmx ghalfejn dak il-formalizmu u rigorozita' illi jkun hemmquddiem il-Prim Awla fejn dik il-Qorti ma tistax tmur oltre t-talba li jkun fih ir-rikors. Pero' quddiem il-Qorti tal-Magistrati jekk jigi ppruvat jedd iehor ghad illi dan l-jedd l-iehor ma jkunx jidhol sewwa fit-talba originali l-Qorti tista' tiddeciedi fuq dan il-jedd iehor kif ikun gie hekk ippruvat fuq l-istess citazzjoni. Ghaldaqstant, il-Qorti tal-Magistrati tista' tinkorpora talbiet illijidhlu fl-ambitu generali tat-talba originali, basta ma tmurx il-boghod jew lil hinn mit-talba billitinkludi jedd illi assolutament ma jezistix.

Il-Qorti ta' l-Ewwel Istanza kkunsidrat il-fatt illi l-konvenuti ma ppruvawx isanaw il-kwistjoni billi joffru l-kera flimkien ma' l-arretrati jewinkella jiddepozitawhom il-Qorti. Ghalhekk jidhrilha illi llum is-sidien huma ntitolati illi jitterminaw il-kirja u jitolbu l-izgumbrament tal-konvenut minhabba morozita' fil-hlas tal-kera Ghaldaqstant, l-Ewwel Qorti tiddikjara illi l-iskritturi ta' bejn il-konvenut u l-atturi rigward il-kerha in kwistjoni m'ghadhomx aktar fis-sehh minhabba morozita' fil-hlas tal-kera da parti tal-konvenuti, filwaqt li tilqa' t-talba ta' l-atturi u tordna lill-konvenuti illi jizgumbraw mill-fond Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birzebbugia.

L-atturi appellaw din id-decizjoni pero', ghad illi l-impostazzjoni maghmula minn din il-Qorti ta' l-Appell hi xi ftit differenti, ma jidhrilhiex li jezistu ragunijiet sufficjenti biex tiddiskosta ruhha mill-konkluzjonijiet finali ta' l-Ewwel Qorti. Ghaldaqstant, l-appell gie michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra l-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info