Reference: 12/2007

Judgement Details


Date
13/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIFSUD ANGELO vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; DRITT GHALL PENSJONI GHALL INVALIDITA
Summary
Il-Pensjoni ghall-lnvalidita' tithallas biss f'cirkostanzi meta persuna jigi dikjarat li huwa inkapaci li jaghmel kwalsiasi xoghol kemm bi qliegh u kemm minghajr qliegh. Jigi rilevat ukoll illi persuna li tippercepixxi tali pensjoni tkun inkapaci taghmel xoghol kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll xoghol ta' self-employed.

Fil-kaz in ezami jidher li l-presupposti kollha relattivi ghalliema jirreferi l-Artikolu 26 ta' l-Att dwar is-Sigurta` u allura kompriz l-istat ta' inabilita` permanenti, gew mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali accertati b'mod sodisfacenti tant li l-appellantibeda jircievi l-pensjoni relattiva ghall-Invalidita`. Gara, pero`, li xi zmien wara l-appellant offra s-servizzi tieghu lil korperattiva tal-produtturi tal-halib u lil xi kumpaniji jew entitajiet ohra ghal liema hu beda jircievi hlasijiet f'forma ta' onorarji. B'dan il-mutament tal-qaghda tieghul-appellanti naqas li javza lid-Dipartiment koncernat, u meta dan ta' l-ahhar intebah b'din ic-cirkustanza ppretenda minghand l-appellanti r-rimbors tal-hlasijiet indebitament versati lilu. Dan ghar-raguni illi dawk il-hlasijiet ma kienux dovuti, attiza s-sussistenza tas-sitwazzjoni accertata ta' l-attivita` ezercitata mill-appellanti fil-pendenza tar-recezzjoni minnu tal-pensjoni de qua.

L-appellant ma informax lid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali illi huwa kien beda jaghmel xi xogholkwalsiasi. ll-fatt illi l-appellant avza lil ETC li kien beda jahdem, bl-ebda mod ma jinkombi fuq id-Direttur tas-Sigurta' Socjali illi jaghmel verifiki sabiex jara jekk I-appellant kienx qed jahdem jew le. Ghaldaqstant id-decizjoni tad-Direttur tas-Sigurta` Socjali hija wahda gusta u giet ikkonfermata bid-decizjoni ta' l-Arbitru.

Ir-rikorrent Angelo Mifsud appella minn din id-decizjoni ta' l-Arbitru billi ppremetta illi la kien avza lill-ETC bil-kontribut li kien qed jaghti lil certi Bordijiet jew Koperattivi, din il-komunikazzjoni kellha tiswa wkoll di fronte ghad-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali, anke ghax dan ghandu access ghar-records ta' l-ETC. F'kull kaz, skond l-appellanti,il-verifika tal-hlas zejjed, ghal liema kien qed isir reklam mill-appellat, kellha tkun abbinata mad-determinazzjoni tal-perijodu ta' zmien li fih, allegatament, hu kien qed jaghmel xi xoghol. Finalment, jissottometti illi d-decizjoni appellata hi zbaljata fir-rigward ta' dak dettat fl-Artikolu 102tal-Kapitolu 318.

Skond din il-Qorti ta' l-Appell, it-taghrif moghti lill-ETC ma seta' qattjitqies sufficjenti biex jikkolma l-lakuna riskontrata tan-nuqqas ta' komunikazzjoni lid-direttur appellat. Lanqas ma jista' jkun, imbaghad, pretiz illi d-dikjarazzjoni moghtija lil dipartiment iehorghall-fini tal-ligi opportuna kellha tigi diligentement skoperta mid-direttur appellat b'access fir-records ta' l-ETC, meta l-inkombenza tal-komunikazzjoni taghha kienet minn dejjem fuq il-kontribwent beneficjarju. Ic-cirkostanzi fattwali stabbiliti kienu tali li jiggustifikaw l-evalwazzjoni maghmula mid-direttur u akkolta mill-Arbitru. Ghaldaqstanat din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell libih intalab ir-revoka tad-decizjoni ta' l-Arbitru, u fis-sens premess tikkonferma l-istess decizjoni, spejjez bla taxxa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info