Reference: 31/2006

Judgement Details


Date
29/05/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ANGILLERI JOSEPH ET vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITT GHAL SMIGH XIERAQ
Summary
Permezz ta' dan ir-rikors kostituzzjonali, ir-rikorrenti qed jallegaw li gie lez fil-konfront taghhom id-dritt ta' smigh xieraq ai termini tal-Artikolu 39 (1) (6) (c) u (d) u l-paragrafu ahhari ta' l-istess artikolu u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea mill-Qorti tal-Magistrati meta halliet il-proceduri jitmexxew fl-assenza ta' l-imputati u sahansitra tat sentenza fl-assenza taghhom kif ukollmill-Qorti ta' l-Appell Kriminali meta ma rrimedjatx is-sitwazzjoni.

Fil-kaz odjern din il-Qorti thoss li dak li huwa taht ezami huwa l-fatt li meta l-appell tar-rikorrenti gie appuntat ghas-smigh, dehru biss rikorrent wiehed u ghar-rikorrenti l-ohra dehru d-difensuri taghhom, l-istess kif fil-fatt kien gara fil-Qorti tal-prim'istanza, izda fil-waqt li l-prosekuzzjoni ma ghamlet l-ebda oggezzjoni fil-proceduri quddiem l-Qorti tal-ewwel istanza dwar l-assenza hemmhekk tal-maggoranza tal-imputati, fil-Qorti tat-Tieni Grad, tqajjmet din l-eccezzjoni li l-konsegwenza taghha kienet li l-appell tar-rikorrenti assenti baqa' ma nstemghax ghaliex gie ddikjarat dezert proprio minhabba l-assenzatal-appellanti.

Din il-Qorti thoss li bil-mod kif gew applikati l-istess artikoli tal-ligi,effettivament dak li sehh kien li l-appellanti ma nghatawx l-opportunita' li jiddefendu l-kaz taghhom fl-assenza taghhom u juttilizzaw id-dritt li ghandhom skond l-Artikolu 39 tal-Kostitizzjoni u Artikolu 6 tal-Konvenzjoni, li jaghmlu dan permezz tad-difensuri taghhom, li effettivament kienu prezenti u lesti sabiex jaghmlu s-sottomissjonijiet taghhom, b'dan ghalhekk li din il-Qorti thoss li d-decizjonijiet u provedimenti tal-Onorabbli Qorti tal-Appell kissru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti ghas-smigh xieraq, u dan peress li mpedixxa lilhom milli jithallew jittrattaw l-appell taghhomfuq il-mertu u dan kemm in kwantu dak kontenut fir-rikors u kemm in kwantu dak sollevat seduta stante dwar il-validita' tal-proceduri fl-ewwel istanza, iktar u iktar in vista tan-necessita' tal-presenza ta' l-imputati f'dak l-istadju skond il-provedimenti tal-Kap 9 u wkoll tal-gurisprudenza. Ma hemml-ebda dubju lanqas li l-provedimenti tal-Artikolu 6 (1) dwar smigh xieraq japplikaw la darba l-ligi tipprovdi ghall-procedura ta' l-appell, ghall-istadju tal-appell.

Il-Qorti thoss li kien hemm ksur tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem fil-konfront tal-istess rikorrenti u ghalhekk din il-Qorti thassar u tirrevoka l-istess zewg decizjonijiet tal-Onorabbli Qorti tal-Appell u tordna li fil-konfront tal-appellanti jitkompla jinstemgha l-appell fuq il-mertu u dan kemm dwar l-aggravji kollha mressqa mill-appellanti fir-rikors tal-appell taghhom u kif ukoll dwar l-aggravji mressqa mill-appellanti kollha dwar in-nullita' tal-proceduri quddiem il-Qorti tal-prim'istanza.

Din il-Qorti taqta' u tiddeciedi billi tilqa' t-talbiet tar-rikorrenti fis-sens li tiddikjara li kien hemm lezzjoni tad-drittijiet fondamentali tal-Bniedem u ksur tal-Artikolu 39 (1) (6) (c) u (d) u l-paragrafuahhari tal-Kostituzzjoni ta' Malta u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info