Reference: 41/2006/1

Judgement Details


Date
23/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PULLICINO ONOR GEORGE vs AGIUS FELIX
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL U MALAFAMA
Summary
Bil-harga ta' l-edizzjoni tal-5 ta' Frar 2006 tal-gazzetta “Il-Kulhadd” gie ppubblikat artikolu intestat “Jaggredixxi lill-President tal-Bord tal-Pitkali Crates” u magemb dan il-“heading” hemm ir-ritratt ta' l-attur. Fl-artikolu gie allegat illi l-attur wara li mar jaghmel spezzjoni fl-imhazen tal-Pitkali Crates wera oggezzjoni ghal mod kif kienu qeghdin jinhaslu l-kaxxi, kien hemm xi ghajjat u wara intervent ta' Joseph Farrugia l-Onorevoli Ministru qabad lil Farrugia minn ghonqu. Ta' dan l-attur qieghed isib oggezzjoni u jghid li gie malafamat peress li ma kienx minnu illi sar hekk.

Filwaqt illi l-Ewwel Qorti tirrikonoxxi li dak il-hin kien hemm xi tensjoni fis-sala sforz ir-rabjata' l-attur u xi ghajjat, huwa minnu li l-attur gibed il-hood tal-“sports jacket” tas-Sur Farrugia uforsi pogga jdejh ma' ghonqu. Dan id-dubju ma jwassalx f'ghajnejn l-Ewwel Qorti ghall-estremi ta' vjolenza li donnu ried juri l-artikolu lamentat, li l-konvenut ghamel tieghu minghajr is-solitu kawtela ta' l-allegazzjoni tal-fatt ripurtat.

Fil-konsiderazzjonijiet taghha l-Ewwel Qorti taghmel referenza ghall-kawza fl-ismjiiet Lombardo and others vs Malta moghtija mill-“European Court of Human Rights” fl-24 ta' April 2007 partikolarment dwar il-limiti ta' tolleranza illi ghandu jissaporti politikant. F'dak il-kaz jissemmew tlett livelli ta' tolleranza ghal kritika, l-“private citizen”,il-politikant u l-istat. B'dan ta' l-ahhar b'referenza ghal Kunsill Lokali “...should be expectedto display a high degree of tolerance to criticism.” Ghalhekk il-livell ta' tolleranza ghal kritikata' politikant huwa inqas ghal dak li huwa livell ta' serjeta' fil-konfront ta' stat jew “an electedpolitical body”. Pero' l-istess gudikat ighallem li mhux il-kritika kollha trid tigi tollerata b'sens wiesa' mill-politikant jew persuna pubblika, izda biss dik li tirrigwarda “information and ideason all matters of public interests.” Fil-fatt il-Qorti tkompli tghid “..That the press fulfils an essential function in a democratic society. Although it must not overstep certain bounds, particularly as regards the reputation and rights of others, its duty is nevertheless to impart - in a manner consistent with its obligations and responsibilities - information and ideas on all matters of publicinterest.”

Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti tilqa' t-talba ta' l-attur u tiddikjara illi l-artikolu fil-kawza huwa libelluz u malafamanti fil-konfront ta' l-attur billi tikkontjeni dikjarazzjonijiet foloz li ghandhom bhala skop li joffendu l-unur u l-fama ta' l-attur u li jesponuh ghar-redikolu tal-pubbliku. U tikkundanna lill-konvenut li jhallas lill-attur in linea ta' danni a tenur tal-Artikolu 28 tal-Kap 248 is-somma ta' Lm200.

Il-Qorti ta l-Appell ma taqbel xejn ma' din l-inkwadratura tal-fatti u l-interpretazzjoni tal-provi maghmula mill-Ewwel Qorti. Huwa fatt accertat illi prossimu ghall-incident fejn l-attur segwa lil Farrugia u qabdu mill-ghonq tal-gakketta dan kien fi stat ta' rabja kbira u ta' eccitament qawwi. Korrettement valjati, il-kumpless tal-provi, komprizi dawk certament indizzjarji, ma jistax jinghad illi dak il-komportament fl-attur ma oltrepassax dik il-kondotta ekwilibrata mistennija minn bniedem ta' temperament sobriju, konsiderata wkoll il-kariga pubblika tieghu ta' ministru. Mhux allura barra minn lewn id-dinja illi jkun sospett li tali mgieba tirrazenta kondotta anke aggressiva, fejn ferm probabbli, u verosimili wkoll, l-attur, anke jekk momentanjament, afferra lil Farrugia minn ghonqu.

Kif taraha din il-Qorti, l-Ewwel Qorti ma kellhiex tikkuntenta ruhha illi hawnhekk si tratta ta' “borderline case” in bazi ghall-motivazzjoni lil-gbid tal-gakketta, anke jekk aggressiva, mhix tal-livell li pprova jesponi l-artikolu mpunjat. Il-prova li htieglu jaghmel l-appellanti ma kellhiex tkun wahda stringenti u rigoruza ghax, kif sewwajinsenja wkoll il-Gatley “where the libel charges a criminal offence (u l-aggressjoni attribwita lill-attur hi ta' din in-natura) the defendant in a plea of justification need only establish the commission of the offence charged on a balance of probabilities”. Taht dan il-profil, fejn allura wkollfil-kamp civili mhux rikjest xi grad oghli ta' prova bhal dak fil-kamp kriminali, il-valutazzjoni accertativa tal-provi mill-Ewwel Qorti kellha twassalha, bil-metru ta' dak l-istess “balance of probabilities” ghal soluzzjoni u konkluzjoni differenti minn dik adottata.

Ghal dawn il-konsiderazzjonijiet kollha, ta' fatt u ta' dritt, l-appell qed jigi milqugh u s-sentenza appellata, revokata,bl-ispejjez taz-zewg istanzi jibqghu, fic-cirkustanzi, sopportabbli ugwalment mill-kontendenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info