Reference: 236/2000/3

Judgement Details


Date
22/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., MALLIA TONIO
Parties
FENECH PHILIP ET vs A & R MERCIECA LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FIDI TA CENS - OBBLIGAZZJONI PERSONALI - SERVITU PREDJALI
Summary
Fil-ligi trid issir distinzjoni bejn servitu` predjali u obbligazzjoni personali. Biex ikun hemm servitu` predjali hemm bzonn li jkun hemm rabta fuq kull min se jigi wara l-persuna li fuqha giet imposta l-limitazzjoni ta' altius non tollendi, bejn il-fond dominanti u l-fond servjenti. Jekk ma jkunxhemm fond dominanti li qed jigi servut, ikun hemm biss obbligazzjoni personali, u f'dak il-kaz dinama tehtiegx li tigi insinwata.

Gie deciz mill-Qrati taghna li ghalkemm isir il-fidi ta' cens fil-bejgh, il-koncedent li jkun irriserva favur tieghu drittijiet li ghandhom fihom element ta' proprjeta`, dawn id-drittijiet jibqghu veljanti nonostante l-fidi tac-cens. F'dan il-kaz, nonostante l-fidi tac-cens, l-imposizzjoni tal-limitazzjoni altius non tollendi, li hija element ta' proprjeta`,baqghet torbot lis-successuri fit-titolu.

Is-servitu` huwa dritt reali u jibqa' jiggrava l-proprjeta` f'idejn min tghaddi. La darba dina s-servitu, kostitwita b'att pubbliku, kienet originarjament iskritta skond l-Artikolu 458 tal-Kap. 16, dina tibqa' ssegwi l-istess immobbli f'idejn min ikun ha l-immobbli. Dan ma kienx japplika f'kaz li dina kienet biss obbligazzjoni personali, izda f'dan il-kaz kien hemm kostituzzjoni ta' servitu altius non tollendi. Il-fatt li ma saritx referenza fin-nota ta' insinwa ghal dina l-kondizzjoni ma jffisirx li dina spiccat jew li ma gietx validament kostitwita. Nota ta' insinwa huwa avviz li gie ricevut l-Att, u l-kontenut ghandu jirrizulta mill-Att, haga li f'dan il-kaz il-konvenuti setghu facilment jaghmlu ghax kienu jafu bih.

Dwar il-fatti tal-kaz, li ghandu jinghad hu li l-limitazzjoni in kwistjoni kienet giet imposta favur id-diversi fondi ta' l-atturi mic-censwalist originali ta' l-area, cioe`, is-socjeta` Mace Developments Ltd.F'dan il-kaz, din il-limitazzjoni mhux biss hi deskritta bhala servitu` fl-att kostituttiv, izda gew ukoll espressament identifikati l-fondi dominanti li favur taghhom inholqot is-servitu`. Hu carli l-iskop ta' din l-obbligazzjoni hu biex igawdu s-sidien tal-proprjetajiet adjacenti, biex ma jkollhomx il-vista taghhom ostakolata. Hija obbligazzjoni li llum ghandhom dritt igawdu minnha l-atturi, mhux personalment, izda qua proprjetarji pro tempore tal-fondi indikati.

Din il-Qorti, kwindi, ma tistax taqbel ma' dan l-aggravju tas-socjeta` appellanti u tara li, fil-fatt, bil-kuntrattta' Marzu, 1992, inholoq servitu` li llum jista' jigi gawdut u enforzat mill-atturi bhala sidien tal-proprjetajiet adjacenti.

It-tieni ilment hu wkoll infondat. Bil-fatt tal-fidi tas-subcens impost fuq il-kuntratt kostitwenti s-servitu`, jispiccaw l-obbligazzjonijiet marbuta mal-hlas tac-cens, izda mhux ukoll dawk id-drittijiet reali li nholqu bl-istess kuntratt ta' enfitewsi. Is-servitu`in kwistjoni tolqot drittijiet inerenti mal-fond u fid-dawl tal-principji enuncjati bhala tali jibqghu mhux affettwati bil-fidi li ghamel Michael Spiteri. Dawk id-drittijiet ma nholqux favur persunajew persuni partikolari, izda favur proprjetajiet partikolari, u, ghalhekk, jibqghu jaggravaw il-proprjeta` dominanti, minkejja kull fidi li jsir tac-cens/subcens impost fuq il-fond servjenti.

Bit-tielet aggravju taghha, is-socjeta` konvenuta tghid li, f'kull kaz, dak is-servitu` ma jorbotx lilha bhala terz, peress li fin-nota ta' l-insinwa tal-kuntratt relattiv ma saret ebda referenza ghas-servitu` in kwistjoni. L-Artikolu 458 tal-Kodici Civili jiddisponi li servitu` mahluq b'titolu ma tibdiex issehh kwantu ghat-terzi qabel ma l-att jigi insinwat fir-Registru Pubbliku skond l-Artikolu330.

Persuna li se takkwista proprjeta` m'ghandhiex tikkuntenta ruhha billi tara biss in-nota ta' l-insinwa li l-iskop taghha hu biex taghti avviz lit-terzi dwar il-fatt li jkun sar att ta' trasferiment u tal-proprjeta` milquta bl-att registrat; il-kundizzjonijiet li jirregolaw dak it-trasferiment jew holqien ta' dritt reali, u li jirrizultaw minn dak l-att, iridu, imbaghad, jigu mehuda uezaminati mill-att innifsu.

Ghaldaqstant, il-Qorti tal-Appell tiddisponi mill-appell interpost mis-socjeta` konvenuta billi tichad l-istess u tikkonferma in toto s-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info