Reference: 31/2007

Judgement Details


Date
16/05/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
FENECH PAUL ET vs KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 39 TAL-KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI EWROPEA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ESPROPJAZZJONI
Summary
Dawn il-proceduri jikkoncernaw fond li permezz ta` Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta, gie dikjarat li hu mehtieg ghal skop pubbliku u li l-akkwist kien ser jsir b`titolu ta` xiri assolut. Minn dak iz-zmien sallum, ma sar xejn aktar fir-rigward ta` din l-istess proprjeta`. Il-fond thalla fi statta` abbandun u jidher li hu milqut bi hsarat konsiderevoli. In-nuqqas tal-awtoritajiet li jiffinalizzaw l-akkwist, jwassal, skond ir-rikorrenti, ghal ksur tad-drittijiet fondamentali taghhom kif protetti taht l-Artikolu 37 u Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll ghall-Konvenzjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 tal-istess Konvenzjoni.

Il-principji li ghandhom jirregolaw l-esproprjazzjoni gew ampjament elenkati fid-decizjoni li tat l-Onorabbli Qorti Kostituzzjonalifit-2 ta` Dicembru, 2003, fil-kawza “Allied Newspapers Ltd vs Avukat Generali et”. F`dik is-sentenza, il-principji gew rikapitolati fis-sens li se jinghad:

“1. Il-ligijiet li jaghtu s-seta` lill-Istat li jesproprija proprjeta` ta` individwi huma rikonoxxuti bhala mehtiega f`socjeta` demokratika biex jassiguraw l-attwazzjoni ta` zvilupp socjali u ekonomiku fl-interess tal-kollettivita`.

2. Id-dritt moghti lill-Istat li b`ligi jesproprija l-proprjeta` tal-privat ma hux wiehed assolut u insindakabbli, izda ghandu f`kull kaz jigi ezercitat strettament fil-parametri stabbiliti mhux biss fil-ligi li tawtorizza l-espropriju, imma wkoll fl-osservanza tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni Ewropea. F`dan ir-rigward l-operat ta` l-Istat hu soggett ghall-verifika mill-organi gudizzjarji.

3. Id-dritt ta` l-espropriju moghti lill-Istat ghandu jitqies li hu eccezzjoni, ossia limitazzjoni tad-dritt fondamentali ta` kull individwu li jgawdi l-proprjeta` tieghu.

4. Kien jispetta lil, u jinkombi fuq, l-Istat li jipprova adegwatament li fil-kaz partikolari li jkun tahtezami kienu jikkonkorru dawk l-elementi sine qua non mehtiega biex jintitolawh jagixxi fil-konfrontta` l-individwu b`mizura, in forza ta` ligi, li tkun ser tipprivah mill-possedimenti tieghu jew mill-uzu taghhom.

5. Fejn si tratta ta` esproprjazzjoni li fejn il-process tat-tehid tal-proprjeta` ma jkunx gie konkluz, u allura l-mizura setghet titqies f`dak l-istadju bhala wahda ta` tehidta` pussess jew regolament ta` uzu ta` proprjeta`, l-Istat kellu l-obbligu li jirrilaxxja l-possediment lill-individwu li jkun proprjetarju tieghu biex igawdih bla xkiel, appena jkun jirrizulta li makienitx ghadha tokkorri r-raguni valida u gustifikativa li pprovokat l-azzjoni ta` l-Istat fl-ewwellok”.

Mic-cirkustanzi ta` dan il-kaz, jirrizulta li ghall-aktar minn sittax-il sena mid-dikjarazzjoni tal-President li s-sit kien mehtieg ghal skop pubbliku, sa meta gie intavolat ir-rikors promotur ta` din il-kawza, l-Istat ma kien ghamel xejn biex jikkonkretizza l-pjanijiet sabiex dak is-sit jigi utilizzat ghal triq. Fil-fehma tal-Qorti, ma jezistix bilanc gust bejn il-htigijiet tal-interess generali tal-komunita` u l-interferenza kontinwa mat-tgawdija pacifika li r-rikorrenti kellhomdritt ghaliha fir-rigward tal-fond numru 18, fi Triq Parisio, Sliema. Minn naha l-ohra, persuna lighal 16-il sena shah injorat u ma invokatx ir-rimedji ordinarji pprovduti bl-Ordinament Guridiku, ma tistax wara tirreklama d-danni kollha sofferti minnha. Din il-Qorti, ghalhekk, ma tarax li ghandhatilqa` talba tar-rikorrenti ghal dikjarazzjoni ta` ksur tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea.

Il-Qorti tikkonkludi billi tordna r-rilaxx tal-post a favur is-sidien rikorrenti, u kwindi l-proprjeta` se terga` tinghata lura f`idejn is-sidien. Tiddisponi mill-kawza billi thassar u tannulla l-ordni ta` espropriazzjoni maghmula bid-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta fir-rigward tal-proprjeta` in kwistjoni, u tordna lill-intimat Kummissarju tal-Artijiet sabiex b`effett immedjat jirilaxxja l-pussess battal ta` din il-proprjeta` a favur ir-rikorrenti u jghaddiha lura f`idejn ir-rikorrenti fl-Istat li hi, u tikkundanna lill-istess Kummissarju tal-Artijiet jhallas lir-rikorrenti s-sommata` €50,000 bhala kumpens ghal hsarat fil-fond u ghal agir illegali u abuziv tieghu, u dan wara li issib li l-agir tal-istess Kummissarju tal-Art fir-rigward ta` din il-proprjeta` kien leziv u bi ksurtad-dritt tar-rikorrenti protett bl-Artikoli 37 u 39 tal-Kostituzzjoni ta` Malta u bl-Artikolu tal-ewwel Protokol ghal Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; tichad it-talbiet tar-rikorrentifil-kuntest tal-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta` Malta u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; u tillibera lill-intimat Avukat Generali mill-osservanza tal-gudizzju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info