Reference: 19/2007

Judgement Details


Date
09/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZAMMIT EDWARD vs JOSEPH PITRE' LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUMPENS; RIGWARD MADUM MHUX KIF MIXTIEQ
Summary
Il-kaz in ezami jitratta minn talba tar-rikorrenti ghall-kumpens fuq il-premessa illi l-madum minnumixtri minghand il-kumpanija intimata ma kienx ta' l-istess kulur. Minn naha taghha l-kumpanija tiddefendi ruhha bl-eccezzjoni illi min qieghed il-madum supplit ma segwiex l-istruzzjonijiet, bl-indikaturi ta' vlegeg fuq kull maduma, li kienu juru d-direzzjonijiet kif il-madum kellu jigi applikat fil-post.

Fil-kaz prezenti jibda biex jigi denotat illi s-sentenza appellata ma fihiex mankanzatal-motivazzjoni li tista', anke ghal dik ir-raguni biss, tirrendiha radikalment nulla. Il-parti razzjonali taghha turi, anzi kjarament illi t-Tribunal, tajjeb jew hazin, ippropenda versu d-difiza tas-socjeta` appellata billi, fuq il-valutazzjoni tieghu tal-provi, sab li min kien inkarigat mit-tqeghid tal-madum ma zammx ma' l-istruzzjonijiet.

Id-dottrina procedurali tidher li ssegwi l-linja illi jkun sufficjenti li r-rizultanzi istruttorji jigu vvalutati fil-kumpless taghhom, purke l-gudikant jaghti indikazzjoni ta' dak l-element jew ta' dawk l-elementi li fuqhom ikun iffonda l-konvinciment tieghu. L-istess insenjament dottrinali jissokta jippreciza illi meta gudikant ikun wasal ghal dik il-konkluzjoni tieghu ghandu jitqies illi per impliciter huwa jkun iddizattenda r-riljevi u c-cirkostanzi, li ghalkemm mhux espressament imsemmija jew specifikati, jkunu logikament inkompatibbli mad-decizjoni minnu adottata. Is-sokkombenti jista' ma jaqbelx mal-konkluzjoni raggunta izda ma jistax jinghad, fil-limiti strettissimi ghal liema hu akkordat appell lil din il-Qorti minn sentenzitat-Tribunal adit, illi s-sentenza appellata ma fihiex dak ir-riljev necessarju li jikkjarixxi u jsostni b' mod adegwat, anke jekk skematiku, ir-ratio decidendi. Taht dan il-punto di vista, il-Qortima ssibx li d-decizjoni impunjata mir-rikorrenti tippekka minn ksur tal-principju regolatur tal-gustizzja naturali u, konsegwentement, mhux il-kaz li l-Qorti, f' dan il-kaz, tiddissenti minnha.

Minn naha taghha, il-Qorti ta l-appell ma taccettax l-appell u s-sentenza appellata, ikkonfermata,bl-ispejjez ta' din l-istanza kontra r-rikorrenti appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info