Reference: 8/2006

Judgement Details


Date
06/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
DEBATTISTA WILFRED PERIT vs L-AWTORITA TA' L-AMBJENT U IPPJANAR TAL-MALTA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR; DRITT GHAL OGGEZZJONI
Summary
Dan l-appell sar mill-appellant mid-decizjoni tal-Bord ta'l-Appell dwar l-Ippjanar fejn fl-istess decizjoni nghad li l-appell tat-terz kellu jigi michud peress li huwa ma kienx registered objector ghall-applikazzjoni.

Din il-Qort thoss li, kontrarajament ghal dak li gie deciz mill-Bord ta'l-Appell dwar l-Ippjanar, l-appellant odjern jikkwalifika bhala third party objector abbazi ta'l-Artikolu 32 (4) u (5) tal-Kap. 356 u dan peress li huwa oggezzjona ghall-izvilupp konsistenti f'bini ta' 'terraced house, maisonettes u 15-il garaxx u twaqqiegh ta'hajt divizorju', u dan peress li dan fil-fatt kien l-ewwel darba li tali proposta ta' zvilupp kienet giet ippubblikata abbazi ta' l-istess Kap365.

Din il-Qorti tikkonkludi li l-procedura attwalment adoperata mill-Awtorita' kienet ghal kollox zbaljata, kemm ghar-raguni li l-proposta la darba kienet sostanzjalment differenti minn dikoriginali, kellha anke tigi ppubblikata meta effettivament giet proposta u mhux fi stadju ulterjuri, izda wkoll li fil-verita' din il-proposta l-gdida, proprju minhabba li kienet sostanzjalment differenti minn dik originarjament proposta, qatt ma kellha tigi kkonsiderata bhala rikonsiderazzjoni taht id-disposizzjonijiet ta'l-Artikolu 37 tal-Kap 356, u dan ghaliex kien hemm effettivament bdil fis-sustanza ta'l-izvilupp.L-istess Awrtorita' ddecidiet li kien jehtieg li jkun hemm pubblikazzjoni mill-gdid u dan peress li deher car li l-izvilupp kif attwalment approvat, ma setgha qatt jigi nkorporat fl-izvilupp deskritt fl-applikazzjoni originali.

Fil-fatt din il-Qorti thoss li l-procedura ta'rikonsiderazzjoni ma kenitx applikabbli ghall-kaz in ezami, u ghalhekk kellu jibda kollox mill-gdid u din il-Qorti thoss li f'dan il-kuntest il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta'l-Izvilupp eccediet il-poteri taghha kemm meta kkunsidrat l-istess bdil ta' pjanti taht il-procedura ta' rikonsiderazzjoni meta kien hemm bdil sostanzjali fl-izvilupp, kif ukoll meta taht l-istess procedura hija ghaddietsabiex approvat il-permess skond il-pjanti riveduti, pjanti li biddlu is-sustanza ta'l-izvilupp, u anke ghaliex ma kkonsidratx l-opposizzjoni tat-terz li saret skond il-ligi wara l-pubblikazzjoni mill-gdid tal-proposta kif emendata.

Ghalhekk din il-Qorti thoss li l-appell odjern qed jigi milqugh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info