Referenza: 236/2005/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
AZZOPARDI THOMAS vs PLATINUM INTERNATIONAL (MALTA) LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; IL-BWONA FIDE F KONTRATTAZZJONI
Fil-Qosor
Il-Kapitolu 317 dwar l-Att dwar il-Kuntratti fuq l-Ghatba tal-Bieb jibda biex jaghti definizzjoni ta' min huwa bejjiegh bieb bieb, fond kummercjali u kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb. Il-bejjiegh bieb bieb “huwa persuna li joffri servizzi permezz ta' kuntratt maghmul fuq l-ghatba tal-bieb, sew jekk l-offerta ma tintalabx minn min ikun qieghed isirlu l-offerta, sew jekk tintalab minn dan ta'l-ahhar bi twegiba ghal xi reklam...” Irrizulta illi l-attur u martu ghamlu proprju dan. Ir-reklamkien jikkonsisti f'telefonata mir-rapprezentanti tas-socjeta' konvenuta sabiex jinfurmawhom illi dawn rebhu xi premju u biex imorru ghalih fit-Topaz Hotel. Meta marru hemmhekk saru jafu illi l-vera skop tar-reklam kien il-bejgh ta' servizz ghall-ivjaggar.

L-aktar definizzjoni mportanti ghalfini ta' din il-kawza huwa l-ftehim fih innifsu u jekk dana jinkwadrax bhala “Kuntratt maghmul fuq l-Ghatba tal-Bieb.” Il-Kap 317 ifisser dan bhala “kuntratt ghal provvediment jew forniment ta' oggetti jew servizzi minn bejjiegh bieb bieb illi jagixxu f'ismu proprju jew f'isem xi kummercjant liema kuntratt ikun gie negozjat... f'kull post jew fond il-boghod mill-fond tax-xoghol tal-bejjiegh bieb bieb jew tal-kummercjant li jkun qed jagixxi f'ismu”.

L-Ewwel Qorti kkonkludiet li s-socjeta' konvenuta abbuzat b'mod grossolan mill-klijenti li hija nrexxielha ggib sabiex tipprova tbiegh pakkett ta' vakanzi. Il-“modus operandi” ta' din is-socjeta' huwa suspett ghall-ahhar u mhux sew illi dawn jaqbdu n-nies “at random”, joffrulhom rebha ta' rigal li qatt ma applikaw ghalih biex huma jgieghluhom jigu f'post aljen ghalihom u hemmhekk jippruvaw ibellghulhom kuntratti illi inizjalment qattma talbu.

Jekk is-socjeta' konvenuta tkun trid tkompli f'dan il-metodu ta' reklamar, allurahija ghandha tosserva l-ligi skruplozament u m'ghandha qatt tuza l-istess ligi sabiex tevita d-drittijiet ta' haddiehor. Dana huwa mod irresponsabbli u dizonest kif jitmexxew l-operazzjonijiet kummercjali u l-Qorti ma tarax illi ghandha minn fuq, tippremja lis-socjeta' konvenuta. Ghalhekk il-Qorti ssib illi l-kuntratt maghmul bejn l-attur u s-socjeta' konvenuta huwa wiehed illi jinkwadra bis-shihtaht il-Kapitolu 317 l-Att dwar Kuntratti fuq l-Ghatba tal-Bieb u l-kondizzjonijiet imfissra ghal tali kuntratt gew pjenament miksura mis-socjeta' konvenuta.

Ghaldaqstant, l-Ewwel Qorti illiberat lill-konvenut Louis Zammit mill-osservanza tal-gudizzju peress illi ma hemm l-ebda relazzjoni guridika ma' l-attur. Tilqa' t-talba ta' l-attur. Tiddikjara l-ftehim tal-process bhala null u ma ghandu l-ebda effett fil-ligi, stante li jmur kontra d-disposizzjonijiet tal-Kap 317 tal-Ligijiet ta' Malta u konsegwentement tikkundanna lis-socjeta' konvenuta “Platinum International Malta Limited” sabiex tirrifondi lill-attur is-somma ta' Lm750. Bl-ispejjez u l-imghax legali mid-data tan-notifika ta'l-avviz kontra s-socjeta' konvenuta.”


Is-socjeta` konvenuta appellat minn din is-sentenza b' zewg aggravji specifici, u cjoe:-
(1) L-Att dwar Kuntratti fuq l-Ghatba tal-Bieb (Kapitolu317) ma japplikax ghall-fattispeci;
(2) Jekk kien hemm qerq li induca ghall-konkluzjoni tal-kuntratt hi m' ghandhiex tbati l-konsegwenzi ghax il-qerq ma ghamlitux hi.

Din il-Qorti ta'l-Appell hi tal-fehma illi x-xorta ta' kontrattazzjoni involuta f' dan il-kaz ma kellhiex tattira lejha l-applikabilita` tal-ligi partikolari in materja ta' vendita bieb b' bieb. L-ebda prodott jew servizzma gie hawnhekk offert “fuq l-ghatba tal-bieb” ghal liema tirreferi d-definizzjoni ta' “bejjiegh bieb b' bieb” fl-Artikolu 2, Kapitolu 317. Il-Qorti jidhrilha li fuq il-valutazzjoni komplessiva tal-provi ghandha tinklina biex taghti fidi lill-versjoni ta' l-attur appellat illi hu tabilhaqq gie mqarraq mid-dikjarazzjonijiet u promessi li sarulu mill-impjegat tas-socjeta` appellanti biex ikun luzingat jikkontratta.

Il-bwona fede hi element importantissimu tal-kontrattazzjoni, li ghandhadejjem tircievi t-tutela shiha tal-ligi. B' mod specjali, imbaghad, fejn ma jirrizultax, bhal f' dan il-kaz, illi kien hemm in-negligenza jew l-injoranza ta' l-attur appellat. Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell tikkonferma fil-mertu, is-sentenza appellata. L-ispejjez fic-cirkustanzi kollha tal-kaz jibqghu a karigu tas-socjeta` konvenuta appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni