Reference: 13/2008

Judgement Details


Date
18/04/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GATT DAVID vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 574 TAL-KODICI KRIMINALI - ARTIKOLU 575 TAL-KAP 9 - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 5(3) TAL-KONVENZJONI EWROPEA DWAR ID-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM - HELSIEN MILL ARREST - PROPER CONDUCT OF CRIMINAL PROCEEDINGS
Summary
Ir-rikorrenti qed jilmenta li l-artikolu 575 tal-Kodici Kriminali jaghmel divjet ghall-ghoti tal-helsien mill-arrest garantit bl-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem, u li, f`kull kaz, il-garanziji imposti fuqu meta nghata l-helsien mill-arrest fil-fatt jinvjolaw l-imsemmi artikolu 5(3).

L-artikolu 5(3) jipprovdi illi:

“Kull min ikun arrestat jew detenutskond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) (c) ta` dan l-Artikolu ghandu jingieb minnufih quddiemimhallef jew funzjonarju iehor awtorizzat b`ligi biex jezercita setgha gudizzjarja u jkollu dritt ghal proceduri fi zmien ragonevoli jew ghal helsien waqt pendenza tal-proceduri. Il-helsien jista` jkun taht kundizzjoni ta` garanziji biex jidher ghall-proceduri”.

L-artikolu 574 tal-Kodici Kriminali jipprovdi ghal helsien mill-arrest:

“meta huwa jaghti garanzija tajba li jidher ghal kull att tal-process fiz-zmien u fil-post li jigu lilu ordnati taht dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jkun jidhrilha xieraq li timponi fid-digriet li jaghti l-helsien mill-arrest liema digriet ghanduf`kull kaz jigi notifikat lill-imputat jew akkuzat”.

Issa, skond il-Kodici Kriminali, sia meta si tratta ta` delitt kontra s-sigurta` tal-Gvern jew delitt li jgib mieghu l-piena ta` prigunerijaghal ghomru u sia meta si tratta ta` kwalsiasi reat iehor, il-Qorti ta` Gustizzja Kriminali li tkunhija obbligata li tassigura li, jekk takkorda l-helsien mill-arrest, ma jkunx hemm il-perikoli ravizzatik fil-paragrafi (a) sa (e) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 575 tal-Kap. 9. Dawn il-perikoli huma li l-akkuzat jew imputat (a) “jonqos li jidher ghall-ordni tal-awtorita` msemmija fl-obbligazzjoni tal-garanzija”, (b) “jinheba jew jitlaq minn Malta”, (c) “ma josservax xi kundizzjoni li l-Qortijkun jidhrilha xieraq li timponi fl-obbligazzjoni tal-garanzija”, (d) “jinterferixxi jew jipprovajinterferixxi max-xhieda jew b`xi mod iehor jintralcja jew jipprova jintralcja l-kors tal-gustizzjafir-rigward tieghu jew xi persuna ohra”, u (e) “jikkommetti xi reat iehor”. Huwa proprju ghalhekkli Qorti ta` Gustizzja Kriminali tista`, meta takkorda l-helsien mill-arrest, timponi kundizzjonijiet ohra oltre l-garanzija li l-imputat jew akkuzat jidher ghal kull att tal-process fiz-zmien u fil-post li jigu ordnati lilu.

Kundizzjonijiet li ma jkunux marbuta direttament mal-obbligu tal-akkuzat li “jidher ghall-proceduri” ghandhom jitqiesu validi sakemm dawn ikunu ragjonevoli u mehtiega,u ma jkunux tali li jistghu jwaslu ghac-cahda lir-rikorrent mid-dritt tieghu ghall-helsien mill-arrest, b`mod li d-detenzjoni kontinwa tieghu tkun tista` titqies inumana, u mhux f`lokha.

Il-“proper conduct of criminal proceedings”, ma jirriferux biss ghad-dehra tal-akkuzat quddiem il-Qortili tkun qed tistharreg il-kaz tieghu, izda ghal kwalunkwe interferenza fil-process kriminali kollu,u l-Qorti ghandha dritt tikkawtela f`dan is-sens. Ma jistax, jinghad, kwindi li l-artikoli tal-Kodici Kriminali invokati b`xi mod jilledu d-drittijiet tar-rikorrenti kif garantiti bl-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni Ewropeja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info