Referenza: 733/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/03/2008
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
GALEA ANTHONY vs FRENDO GAETANO
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH TA VETTURA; TRASFERIMENT TA DRITTIJIET U OBBLIGI
Fil-Qosor
Fil-gurisprudenza taghna huwa stabbilit illi l-forma ta' l-iskrittura f'kazijiet ta' komprovendita'ta' vetturi hija necessita' assoluta. Il-Ligi tirrikjedi l-forma skritta mhux biss ‘ad probationem'imma ‘ad substantiam et validitatem'.L-inosservanza ta' dina l-formola preskritta bil-ligi ggib il-konsegwenza tan-nullita' jew inezistenza tal-kuntratt ‘ipso iure'.

Issa hu risaput li transfer ta' licenzja ta' karozza mhux l-istess bhal transfer ta' titolu ghal proprjeta'. It-transfer ta' karozza hu kompletat meta l-partijiet jiffirmaw l-iskrittura privata. It-transferiment ta' proprjeta'ma tiddependiex mir-registrazzjoni ta' l-istess ma' l-awtoritajiet kompetenti.

Fit-talbiettar-rikorrent ma hemmx biss kwistjoni dwar transfer semplici ta' vettura, u nuqqas ta' pagament da parti ta' l-intimat imma hemm ukoll talbiet ghar-registrazzjoni tal-pjanci fuq isem ir-rikorrent warali dana qed jallega li huwa hallas taghhom lill-intimat.

Din il-Qorti qalet li skrittura tista' tiehu vari forom, inkluz dik li tghaddi l-proprejta' lill-kompratur, anke jekk dan ma jkunx hallas il-bilanc kollu dovut, jew fejn il-venditur ikun irriserva favur tieghu l-proprjeta' ta' l-oggettmibjugh sakemm jithallas il-prezz kollu. Dina l-prova r-rikorrent ghamilha tant li pprezenta ittrafejn din il-vettura ghandha fuqha transfer restriction. Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi favurr-rikorrent, bl-ispejjez kontra l-intimat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni