Reference: 32/2007

Judgement Details


Date
28/03/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
MINTOFF DOMENIC ET vs DIRETTUR TAL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
REKWIZIZZJONI TA` FOND, DRITT GHALL-KUMPENS MINHABBA OKKUPAZZJONI BLA TITOLU TA` FOND REKWIZIZZJONAT
Summary
Fil-kaz ta' rekwizizzjoni, d-dritt tal-proprjeta' tibqa' tas-sid u jkun hemm minflok restrizzjoni fuq l-uzu tal-proprjeta' minn sidha. Izda jista' jirrizulta illi f'xi zmien sakemm il-proprjeta' tibqa' rekwizzjonata li jirrejalizza xi ksur li jkun leziv tal-jedd fondamentali tas-sid, li jista' jwassal ghal dikjarazzjoni ta' vjolazzjoni kemm tal-Kostituzzjoni kif ukoll tal-Konvenzjoni.

Fil-kaz in ezami r-rikorrenti qed jikkontendu li wara li l-fond gie rekwizizzjonat u l-post inghata lillDolores Leyland, u wara li imbaghad fit-2002 l-istess fond ghadda ghand l-intimat Leo Leyland il-kera baqa' ma giex awmentat. Dan il-fatt, skond ir-rikorrenti, qed jikser id-drittijiet fundamentalitaghhom billi l-kera prezenti mhux wiehed li jirrifletti l-valur tal-fond fis-suq u l-post illum ilu rekwizizzjonat ghal 20 sena u b'hekk ir-rikorrenti qed igorru piz sproporzjonat bhala effett ta' dan it-tehid.

Skond l-Artikolu 7 tal-Kap 319 “Ebda ksur ta' l-Artikoli 2 sa 18 tal-Konvenzjoni jew ta' l-Artikoli 1 sa 3 ta' l-Ewwel Protokoll li jsir qabel it-30 ta' April 1987 jew ta' l-Artikoli 1 sa 4 tar-Raba' Protokoll, l-Artikoli 1 u 2 tas-Sitt Protokoll jew ta' l-Artikoli 1 sa 5 tas-Seba' Protokoll li jsir qabel l-1 ta' April 2002, ma ghandux jaghti lok ghal xi azzjoni taht l-Artikolu 4”, cjoe il-procedura ghall-esekuzzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali. Ghalhekk fil-fehma tal-Qorti f'dan il-kaz l-Artikolu 7 ma japplikax billi l-effetti tar-rekwizzjoni jipperduraw oltre d-data li fiha harget ir-rekwizzjoni.

Diga gie deciz diversi drabi mill-Qorti Ewropeja r-rekwizizzjoni hija mizura li hija legali ghax tohrog a bazi tal-Housing Act, u ghalhekkma tiksirx l-Artikolu 1 tal-Protokol 1. Inoltre hu accettat ukoll li l-Housing Act hija legislazzjoni li ghandha skop legittimu fl-interess generali kif rikjest mit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tal-Protokol 1.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info