Reference: 25/2007

Judgement Details


Date
28/03/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VASSALLO GODWIN vs VITTORIOSA GAMING LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; LICENZJAMENT INGUST
Summary
Nhar id-9 ta' Lulju 2006 sehhet attivita` fil-Casino di Venezia, Malta, li wasslet lill-Awtorita` dwar il-Lotteriji u l-Loghob biex tirrevoka l-licenzja ghall-operat tal-Casino. Minhabba f' din id-decizjoni ta' l-imsemmija Awtorita`, nhar is-17 ta' Lulju 2006, il-kumpanija intimata temmet l-impjiegta' l-impjegati kollha. Matul iz-zmien li l-attivitajiet tal-Casino kienu wieqfa, il-kumpanija intimata ghamlet analizi ta' l-impjegati kollha taghha u waslet ghall-konkluzjoni illi dawk in-nies li kellhom xi konnessjoni ma' dawk l-individwi li wasslu ghall-gheluq tal-Casino u r-rizultanti telf ta'introjtu u r-reputazzjoni tajba kellhom jigu allontanati mill-Casino billi jigi tterminat l-impjiegtaghhom. Dan kien jghodd aktar meta kienet kwistjoni ta' relazzjonijiet ma' wiehed minn dawk illi kienu responsabbli ghat-tharis tas-sigurta` gewwa l-Casino meta sehhew dawn l-incidenti. Ghaldaqstant,il-kumpanija intimata gharrfet lir-rikorrent, li kienet qieghda tikkonferma t-temma ta' l-impjieg tieghu.

It-Tribunal Industrijali ddecieda li t-temma ta' l-impjieg tar-rikorrent ghar-ragunijiet moghtija ma saritx ghal raguni gusta u bizzejjed, filwaqt li ordna lill-kumpanijia intiamta thallas lir-rikorrent is-somma ta' Lm10,108 bhala kumpens ghal tkeccija ingusta.

Is-socjeta` intimata appellat minn din is-sentenza tat-Tribunal Industrijali b' dawn iz-zewg aggravji:-
(1) It-terminazzjoni ta' l-impjieg kellha tigi kkonfermata minhabba telf ta' fiducja fl-appellat mid-dirigenza tal-kumpanija;
(2) It-Tribunal naqas milli jipprovdi indikazzjonijiet tal-fatturi li wassluhghall-ammont ta' kumpens minnu likwidat.

Skond is-socjeta appellanti, ir-raguni tal-licenzjament ta' l-appellat, kif minnha dedotta, kienet dik li l-appellat, impjegat taghha, naqas milli jwettaq id-doveri tieghu skond il-kariga li kellu. Huwa, imbaghad, distingwibbli illi fil-kors tat-trattazzjoni tal-kaz u l-aktar tad-dibattitu orali quddiem it-Tribunal, il-vertenza spustat ruhha fuq it-terren tan-nuqqas tar-rapport fiducjarju. Jidher mill-kontenut tar-rikors ta' l-appell illi s-socjeta` appellanti tirrikwalifika, b' certa enfasi, id-decizjoni taghha tat-terminazzjoni ta' l-impjiegta' l-appellat ghal dik ta' l-ispecificita kollegata mal-mankanza ta' fiducja.

Id-dover primarju ta' kull impjegat hu dak li jezegwixxi l-mansjonijiet tieghu b' diligenza. Tali dover b' din id-diligenza jirrientra f' dak tal-principju generali stabbilit fl-Artikolu 1132 (1) Kodici Civili ghall-ezekuzzjoni ta' kull obbligazzjoni. Naturalment, dejjem, b' dak l-adattament necessarju dettatminn natura tal-kuntratt singolari. Hekk, allura, trattasi minn kuntratt ta' impjieg, l-interess ta' min ihaddem jimponi li l-prestazzjonijiet ta' l-impjegati tieghu jkunu korrelati ma' dawk ta' l-esigenzi organizzattivi partikulari tal-kumpanija li fih ir-rapport tax-xoghol jinserixxi ruhu. Hu proprju dan l-istess interess li jservi biex jippuntwalizza l-parametri tad-diligenza aspettata mill-impjegat.

Hi norma espressa tal-ligi, ex-Artikolu 36 (14) ta' l-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali (Kapitolu 452) illi, hlief fil-kaz ta' impjegat domestiku privat, li ma huwiex il-kaz hawnhekk, principal ma jistax jadduci bhala “raguni tajba u sufficjenti” illi “l-impjegat ma jgawdix izjed il-fiducja tal-principal”. Dan ipprecizat, minn naha l-ohra wiehed lanqas ma jista' jiddiskonoxxi illi jezistu certi rapporti tax-xoghol fejn l-element fiducjarju jassumi l-massimu riljev u, allura, tali jrid jigi konsiderat b' rigur partikulari fil-konfront ta' min, impjegat, jirrivesti mansjonijiet ta' certa responsabilita` ko-involgenti tisrif jew loghob ta' flus. Tali, ad ezempju, hu l-kaz ta' impjegati bankarji jew, bhal f' dan il-kaz, ta' impjegati ta' Casinos.

Din il-Qorti ta'l-Appell tiddeciedi dan il-kaz billi tirrespingi l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata tat-Tribunal Industrijali, bl-ispejjez jitbatew mis-socjeta` appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info