Reference: 13/2007

Judgement Details


Date
28/03/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GIORDIMAINA DORIS vs OXFORD MOBBLI LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; MANKANZA TAL-KWALITA PATTWITA FIL-HAGA VENDUTA
Summary
Ir-rikorrenti xtrat kamra tas-sodda fit-28 ta' Mejju 2005 minghand id-ditta intimata ghall-prezz ta'Lm1050 u wara ftit taz-zmien zviluppaw hsarat illi minkejja li saru zewg tentattivi mid-ditta intimata sabiex issewwi dawn il-hsarat, din il-kamra tas-sodda baqghet bil-hsara.

It-Tribunal ghalTalbiet tal-Konsumaturi innota illi l-intimat ma attendiex ghas-seduta u kkonsidra illi l-verzjonitar-rikorrenti hija veritjera stante illi l-intimat ma ssostanzja xejn minn dak illi kiteb fir-risposta tieghu u t-Tribunal kien konvint mill-verzjoni tar-rikorrent. Ghaldaqstant it-Tribunal laqa' t-talba tar-rikorrenti u ordna lill-intimat ihallas is-somma ta' Lm1050 bl-ispejjez kontra l-istess intimat b' dan illi l-kamra tas-sodda ssir proprjeta` ta' l-intimat meta jkun sar il-hlas.

Is-socjeta' konvenuta appellat minn din is-sentenza.Fl-avviz promotur taghha l-attrici rriferit ghal xiriminnha tas-sett tal-kamra tas-sodda, u fuq dan il-binarju hi wkoll is-sentenza appellata. Ghal kuntrarju, s-socjeta` appellanti issostni fir-risposta taghha illi x-xoghol sar skond l-arti u s-senghau tali kwalita` jaghmel il-kontrattazzjoni tirrientra fl-ambitu ta' l-appalt jew locatio operis. Fl-istess nifs, pero`, din l-istess socjeta` topponi ghat-talba attrici l-preskrizzjoni applikabbli taht l-istitut tal-bejgh ghall-vizzju redibitorju fil-haga. Fil-korp tar-rikors ta' l-appell taccenna ghall-mankanza tal-kwalita` pattwita fil-haga venduta, u, kif saput, it-teorija relattiva ghal dinil-kwalita` u dik tal-vizzju redibitorju mhux l-istess haga. Huwa induttiv minn dan kollu, anke ghar-raguni illi s-socjeta` konvenuta baqghet ma offrietx il-provi taghha fir-rigward ghall-iskop ta'diskussjoni, illi r-relazzjoni kontrattwali insorta x' aktarx hi relatata ma' kompravendita u, allura, regolata bid-disposizzjonijiet relattivi ghal dan l-istatut.


It-Tribunal injora ghal kollox fis-sentenza tieghu l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni opposta. Dan bi ksur tal-proviso ghall-Artikolu 21 (1) tal-Kapitolu 378 li jistipula li “kull kwistjoni li jista' jkun hemm dwar il-preskrizzjoni ghandha tinqata' skond il-ligi”. Hu provvdut mill-Artikolu 730 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni uProcedura Civili illi l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ghandha tigi deciza b' kap separat, qabel, jewflimkien mas-sentenza fuq il-mertu. “Jekk din ir-regola ma tigix osservata l-uniku rimedju huwa dak li s-sentenza appellata tigi annullata minhabba difett ta' forma, u l-atti jigu mibghutin lura lill-ewwel Qorti.” F' dawn ic-cirkustanzi l-Qorti ma tistax hlief tiddikjara nulla s-sentenza hawn appellata. Mhux il-kaz, pero`, li l-Qorti tibghat lura l-atti lit-Tribunal u dan in vista ta' dak li jinghad fl-ahhar parti tas-subinciz (2) ta' l-Artikolu 22 ta' l-Att XXVIII ta' l-1994 li jrid li metal-Qorti thassar is-sentenza ghandha tiddefinixxi l-materja hi stess.

Hu statwit fl-Artikolu1431 tal-Kodici Civili illi l-azzjoni redibitorja jew dik stimatorja taqa' bil-preskrizzjoni, fil-kaz ta' mobbli, bl-eghluq ta' sitt xhur minn dak in-nhar tal-kunsinna tal-haga mibjugha. Ghal kull bwon fini hu dejjem mahsub f' dan il-kuntest illi skond ir-rieda tal-legislatur taht il-ligi specjalil-perijodu ta' preskrizzjoni, ghal kaz ta' nuqqas ta' konformita` mal-kampjun jew mal-kwalita` mweghda, ghandu jitqies sospiz sakemm idumu ghaddejjin in-negozjati bejn il-kummercjant u l-konsumatur bil-ghan li jintlahaq ftehim amikevoli.

Taht dawn ic-cirkustanzi, anke ghaliex is-socjeta` appellanti baqghet passiva u ma ressqet ebda provi fil-mertu biex verament tikkuntrasta dak pretiz mill-appellata, una volta, kif irrizulta, ir-rimedju tat-tiswijiet ma gab ebda soljev lill-appellata din kellha kull dritt li titlob ir-rexxissjoni tal-ftehim u r-rimbors tal-prezz li hallset ghall-oggetti mixtrija. B' danakollu, gjaladarba s-sett ilu mizmum mill-appellata, u, presumibilment, uzat ukoll minnha ghal xi zmien, hi sew gustizzja sostanzjali, sew dritt ekwitattiv illi r-rifuzjoni lura tal-prezz ghandu jonqos mill-anqas b' Lm200.


Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appel tiddeciedi billi fl-ewwel lok tannulla s-sentenza appellata in kwantu din naqset milli tokkupa ruhha, u tiddeciedi wkoll, l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni opposta a tenur ta' l-Artikolu 1431 (1) tal-Kodici Civili. Fil-mertu, tichad din l-istess preskrizzjoni billi tqisha mhux applikabbli ghall-fattispeci u konsegwentement tghaddi biex tilqa' t-talba ta' l-appellata. Tikkundanna lis-socjeta` appellanti biex tirrifondi lura lill-appellata s-somma ta' Lm850, b' dan illi, kontemporanjament ma' dan il-hlas,l-appellata ghandha tikkonsenja lura lis-socjeta` appellanti s-sett tal-ghamara tas-sodda komprata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info