Referenza: 302/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/03/2008
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SAMMUT CHRISTIAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
F'dan il-kaz, l-appellat gie misjub 'teknikament' hati talli bla permess tal-Awtorita' tat-Turizmu opera stabbiliment tal-ikel u pogga siggijiet barra l-istess stabbiliment, izda l-Qorti applikat l-Artikolu 21 tal-Kodici Kriminali fl-ghoti tal-piena.

L-Artikolu 21 tal-Kodici Kriminali jipprovdi li 'ghal ragunijiet specjali u starordinarji li ghandhom jissemmew bir-reqqa kollha fis-sentenza', il-Qorti tista' taghti dik il-piena izghar li, fid-diskrezzjoni taghha, tkun tixraq.

Fil-fehma tal-Qorti tal-Appell Kriminali, ir-ragunijiet li semmiet l-Ewwel Qorti, fosthom id-dewmien biex johrog il-permess relattiv li fil-fatt kien inhareg fid-data tas-smiegh tal-kaz, ma kienux la 'specjali' u lanqas 'straordinarji'. Il-fatt li n-nuqqasijiet tal-appellat irrizultaw lill-Ewwel Qorti jfisser li l-appellat kien 'ha l-ligi b'idejh' u ma qaghadx jistenna l-hrug tal-licenzji qabel ma beda jopera kif xtaq. Il-glieda kontra l-burokrazija ma kelliex ssir b'dak il-mod u ghalhekk il-Qorti tal-Appell Kriminali rrevokat l-applikazzjoni tal-Artikolu 21 tal-Kodici Kriminali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni