Reference: 701/1999/1

Judgement Details


Date
02/11/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
CIANTAR EMANUEL vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROCEDURI KRIMINALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, QBID TA` PROPRJETA` DA PARTI MILL-PULIZIJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, STHARRIG TA` GHEMIL AMMINISTRATTIV
Summary
Ir-rimedju taht l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea huwa rimedju straordinarju. Dan ir-rimedju jinghata biss meta l-ligi ordinarja ma tkunx bizzejjed biex thares id-drittijiet ta' l-individwu u ghalhekkl-istat ikun naqas fid-dmir tieghu li jhares dawn id-drittijiet. Ir-rimedji taht il-ligijiet ghall-harsien tad-drittijiet fondamentali jinghataw biss f'dawk ic-cirkostanzi straordinarji, u jkun qed jitwaqqa` s-siwi ta' dawk id-dispozizzjonijiet jekk jigu uzati fejn rimedju taht il-ligi ordinarja jkun tajjeb u bizzejjed.

Meta l-art. 469A tal-Kap. 12 ighid illi l-qorti, fil-kompetenza ordinarja civili taghha, ghandha gurisdizzjoni biex tistharreg dwar l-eghmil imsemmi f'dak l-artikolu "hlief hekk kif provdut mod iehor bil-ligi", ma jridx ifisser li fejn l-eghmil jista' jigi mistharreg kemm taht il-kompetenza civili kif ukoll taht dik kostituzzjonali, mela l-kompetenza kostituzzjonali ghandha tigi preferuta. It-tifsira hi li l-qorti fil-kompetenza civili ghandha gurisdizzjoni hlief fejn il-ligi tnehhilha dik il-gurisdizzjoni, u r-regola tibqa' li fejn jista' jinghata rimedju tajjebu bizzejjed mil-qorti fil-kompetenza civili mela ma hemmx ghalfejn isiru l-proceduri straordinarji bhal dawk tallum.

L-eghmil ta' l-amministrazzjoni jista' jikser il-Kostituzzjoni taht diversiaspetti u mhux biss taht l-aspett ta' vjolazzjoni ta' jedd fondamentali kif protett fil-Kostituzzjoni u fil-Konvenzjoni. Is-subinciz (a) ta' l-inciz (1) ta' l-artikolu 469 (A) jaghti lill-Qrati tal-Gustizzja ta' kompetenza civili gurisdizzjoni biex jistharrgu l-validita' ta' eghmil amministrattiv meta "l-eghmil amministrattiv jikser il-Kostituzzjoni".

Il-principju kellu dejjem ikun illi l-kompetenza kostituzzjonali u l-kompetenza civili kellhom jibqghu separati u distinti anke ghaliex ir-rikors taht kull kompetenza hu regolat bi proceduri appositi b'finalita' ta' rimedju mhux dejjem identiku. Kif gia gie rilevat f'gudikati ohra, ir-rimedju taht l-artikolu 469A taht certu aspetti kienwiehed limitat waqt li l-Qorti Kostituzzjonali ma kellha ebda limitu fl-ghazla tar-rimedju xieraq lisetghet takkorda.

L-eghmil amministrattiv jista' jikser il-Kostituzzjoni fir-rigward ta' hafna jeddijiet tutelati fiha li ma humiex dawk protettivi tal-jeddijiet fondamentali. F'dawn il-kazijiet kollha, is-subinciz (1)(a) tal-Artikolu 469A isib applikazzjoni mmedjata. Fejn mill-banda l-ohral-agir amministrattiv ikun allegatament leziv tal-jeddijiet fondamentali, d-domanda kellha tkun jekkl-allegata vjolazzjoni kenitx jew le koperta taht il-ligi ordinarja. Ma hemmx ghalfejn jinghad illif'dan il-kaz min jesegwixxi l-eghmil amministrattiv jitpogga fl-istess livell bhac-cittadin privat.Indubbjament infatti bhala regola, kull attivita' u azzjoni ta' l-individwu huma bhala regola gvernati mil-ligijiet ordinarji anke fejn dawn jilledu l-jeddijiet fondamentali. Fejn dawn il-ligijiet jaghtu rimedju ghal-lezjoni - u fost dawn il-ligijiet kellu jitqies l-artikolu 469A tal-Kap 12 - individwu kellu l-ewwel jirrikorri ghar-rimedju ordinarju quddiem it-tribunali ordinarji qabel ma jirrikorri finalment ghar-rimedju straordinarju quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

Il-Qrati kollha kellhom jassiguraw l-osservanza tal-Kostituzzjoni u kellhom japplikaw il-ligijiet ordinarji fid-dawl tad-disposizzjonijiet taghha. Kif l-istess kellhom l-obbligu illi japplikaw dan il-principju fir-rigward tal-Konvenzjoni Ewropeja li hi parti mid-dritt ordinarju tal-pajjiz.

Il-gurisprudenza ta'din il-Qorti f'tentattiv biex tirrikoncilja dan l-inciz (1)(a) ta' l-artikolu 469A tal-Kap 12 u ta'l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni fejn si tratta ta' lezjonijiet tad-drittijiet fundamentali, jidherli tiffavorixxi interpretazzjoni bazata fuq l-effettivita' tar-rimedju fis-sens illi rikors kostituzzjonali kellu jkun accessibbli f'dawk il-kazijiet fejn ir-rimedju effettiv ghal-lezjoni subita ma setax jinghata taht l-artikolu 469A. Interpretazzjoni din mhux ghal kollox linejari u ma kenitx nieqsaminn diffikolta' interpretattiva. Mill-banda l-ohra, ta' min ifakkar illi jidher illi l-legislaturoriginarjament intenda li, bl-introduzzjoni ta' l-inciz (1)(a) ta' dan l-artikoli, jintroduci u jimponi terminu ta' dekadenza ta' sitt xhur li fih setghet tigi avanzata allegazzjoni ta' jeddijiet protetti bil-Kostituzzjoni inkluzi, forsi, ukoll dawk fondamentali, tant illi originarjament l-inciz (3)ta' dak l-artikolu kien japplika wkoll ghall-inciz (1)(a). Eventwalment u fortunatament wara kontestazzjoni, il-legislatur gie konvint jelimina dan il-perjodu preskrittiv in kwantu japplika ghal eghmil amministrattiv li jikser il-Kostituzzjoni u dana bl-Att IV ta' l-1998. L-emenda pero' bl-ebda modma ccarat il-konflitt apparenti bejn il-kompetenza civili u l-kompetenza kostituzzjonali.

It-tifsira hi li l-Qorti fil-kompetenza civili ghandha gurisdizzjoni hlief fejn il-ligi tnehhilha dikil-gurisdizzjoni u r-regola tibqa' li fejn jista' jinghata rimedju tajjeb u bizzejjed mill-Qorti fil-kompetenza civili mela ma hemmx ghalfejn isiru proceduri straordinarji ta` natura kostituzzjonali.Dan naturalment salv dejjem il-principju illi r-rimedju mill-Qorti fil-kompetenza civili kellu jinghata biss bl-applikazzjoni tal-ligi u tar-regoli ta' dritt applikabbli fil-kamp tad-dritt civili.

Jekk l-eghmil ta' l-intimat f`kawza kostituzzjonali jista' jitqies bhala "eghmil amministrattiv"maghmul minn "awtorita' pubblika" ghall-ghanijiet tal-artikolu 469A, dan ifisser li r-rikorrent seta' talab rimedju taht il-ligi ordinarja ghax jekk qed ighid li l-eghmil huwa bi ksur tad-dritt tieghu ta' proprjeta' mela jkun ukoll "jikser il-Kostituzzjoni" ghax id-dritt ta' proprjeta' huwa mharesukoll taht l-art. 37 tal-Kostitiuzzjoni ta' Malta.

Ikun ukoll "imur mod iehor kontra l-ligi"ai termini tal-Artikolu 469A(1)(b)(iv) jekk ikun bi ksur ta' l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, u dan ukoll jaghti lill-qorti s-setgha li tistharreg dwaru fil-kompetenza ordinarja taghha. Il-Konvenzjoni hija parti mil-ligi taghna, u eghmil bi ksur taghha hu eghmil li jmur kontra l-ligi.

Jekkil-qbid tal-proprjeta' da parti tal-pulizija jkun sar fil-kuntest ta' gbir ta' prova biex issostniakkuza kontra persuna indizjata bil-kommisjoni ta' rejat anke jekk mhux formalment akkuzata bih quddiem Qorti, dak il-qbid seta' jitqies li kien parti mill-process gudizjarju kontra dak l-individwu. F'dawn ic-cirkostanzi l-individwu seta' jinvoka il-protezzjoni tal-Konvenzjoni Ewropeja ghall-jeddijiet fondamentali tieghu.

Mill-banda l-ohra pero', sakemm il-qbid ikun sar mill-pulizija unikament ghall-ghan ta' investigazzjoni fil-kors normali ta' l-ezekuzzjoni tad-doveri taghhom minghajr ma jkun hemm persuna indizjata in kommissjoni tar-rejat, tali qbid ma setghax jinghad li jkun sar fil-kors tal-process kriminali u konsegwentement ma setax jintlaqat mid-disposizzjonijiet protettivi tal-jeddijiet fondamentali fil-Konvenzjoni. Il-frazi allura "ghall-ghanijiet tal-proceduri kriminali"tehtieg definizzjoni biex tigi ristretta proprju ghal dawk il-kazijiet fejn il-proceduri kriminali ikunu diga' identifikati u identifikabbli u ser jittiehdu fil-konfront ta' l-individwu li jkun sofral-qbid tal-possedimenti tieghu. Il-fatt li l-Pulizija esegwiet il-qbid in kwistjoni, bl-ebda mod makien ifisser illi l-appellant kien necessarjament involut fir-rejati ravvizati mill-Pulizija Ezekuttiva jew li kien l-awtur taghhom. Persuni ohra (u dan barra hu) setghu kienu involuti fil-kommissjonita' dawn ir-rejati fosthom l-importatur tal-vettura, il-venditur taghha, min ghamel it-tiswijiet fiha, u min biegh l-ispare parts.

Sakemm allura l-Pulizija Ezekuttiva ma tkunx ikkonkludiet l-investigazzjoni taghha u ma tkunx identifikat il-persuna li fil-fehma taghha kellu jigi akkuzat bir-rejat u ma tkunx b'xi mod notifikat lil dik il-persuna b'dik ic-cirkostanza, ma setghax jinghad li kien hemm persuna "akkuzata b'rejat" ghall-fini ta' l-artikolu 6 (1) tal-Konvenzjoni Ewropeja.

Allura fil-waqt li hu veru illi l-process kriminali ghall-ghanijiet tad-disposizzjonijiet ghall-harsien tad-drittijiet fondamentali ma jitqiesx li beda biss kif tinhareg l-akkuza formali, u seta' jitqies li kien inbeda ukoll qabel ma kien tinhareg l-akkuza ghaliex tkun materjalment inbidlet is-sitwazzjoni tal-persuna eventwalment akkuzata bir-rejat, kien mehtieg li jsir l-ezercizzju ta' l-ezami tal-provi biex jigi stabbilit meta u jekk kienx attwalment avvera ruhu dak it-tibdil. Altrimenti wiehed ikun qieghed jissogra illi kull investigazzjoni maghmula mill-Pulizija Ezekuttiva ikollha titqiesli tkun saret "fil-kuntest ta' process kriminali" u ma setghet allura qatt titqies li tkun "eghmilamministrattiv".

Il-protezzjoni konvenzjonali ta' persuna akkuzata b'rejat kriminali moghtija bl-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni kien fl-ahjar ipotesi tkopri l-persuna akkuzata b'rejat b'garanzija ghal smiegh xieraq fi zmien ragjonevoli. Id-determinazzjoni tal-mument li fih persuna seta' jinghad li kienet akkuzata b'rejat kien skond il-gurisprudenza Ewropeja, partikolarment rilevanti biex proprju jigi determinat jekk l-akkuzat kellux bhala fatt smiegh quddiem Qorti fi zmien ragonevoli. Il-garanzija konvenzjonali ghal smiegh xieraq allura bl-ebda mod ma testendi ghall-protezzjoni tad-dritt fondamentali tal-proprjeta' ta' persuna akkuzata bil-kondotta tal-process, fis-sens lat tieghu. Dan id-dritt ta' proprjeta' in kwantu dan seta' jigi lez bhala jedd fondamentali kopert mill-Kovenzjoni, jibqa' biss iggvernat fl-artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokol.

L-art. 356(1) tal-Kodici Kriminali jghid illi huwa dmir tal-Pulizija Esekuttiva li ggib quddiem il-qorti mill-aktar fis li tista', u, meta jista' jkun, flimkien ma' l-imputat, il-provi kollha li tkun gabret fuq ir-reat.

Biexil-process formali jintemm, irid xi darba jinbeda billi jingiebu l-provi quddiem il-qorti. L-art. 356(1) tal-Kodici Kriminali jqieghed fuq il-pulizija esekuttiva d-dmir li tibda l-process fi zmien ragonevolment qasir. Ladarba l-pulizija ghandha dan id-dmir taht il-ligi ordinarja mela hemm ukoll rimedju taht il-ligi ordinarja jekk tonqos f'dan id-dmir. Jekk persuna tidhrilha li z-zmien li hadet il-pulizija kien itwal miz-zmien li jista' jitqies li jaghti l-art. 356(1), trid titlob rimedju taht dak l-artikolu, li ma hux xi lex imperfecta bla sanzjoni.

Il-Qorti tal-Magistrati ghandha l-kompetenza biex tiehu konjizzjoni ta' rikorsi li jikkontestaw l-operat tal-Pulizija Ezekuttiva fir-rigward ta' l-elevazzjoni ta' oggetti illi jkunu gew elevati fil-kors ta' l-investigazzjoni tar-rejati anke min qabel ma jkun gie stabbilit jekk kienx effettivament gie kommess ir-reat u jekk kienx hemm indikazzjoni min seta' kien ikkomettieh. Dana kemm fir-rigward tal-preservazzjoni ta' l-istess oggettelevat kif ukoll tar-relevanza tieghu bhala prova ghall-eventwali process u, fil-kaz negattiv ghar-rilaxx tieghu lill-sidu. Konsidrat l-obbligu tal-Pulizija Ezekuttiva li mhux biss tipprocedi tempestivament quddiem il-Qorti imma wkoll li tippreserva l-provi materjali tar-rejat, kien konsegwenzjalid-dritt tar-rikorrent li minn ghandu giet maqbuda l-karozza, illi jirrikorri ghall-Qorti Kriminali tal-Magistrati biex jakkwista rimedju ghall-allegat qbid abbuziv. Dan ir-riomedju ordinarju ghandu jintuza qabel dak kostituzzjonali.

Jekk in oltre l-agir tal-pulizija jkun sindakabbli taht l-Artikolu 469A tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta, dan ir-rimedju kellu wkoll jintuza qabel dak kostituzzjonali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info