Referenza: 56/2006

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/02/2008
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
MODERN PLASTIC CONTAINERS LIMITED vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 39 TAL-KOSTITUZZJONI TA MALTA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI EWROPEA
Fil-Qosor
L-Artiklu 39(2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Artiklu 6 (1) tal-Konvenzjoni Ewropea ma jezigux biss illi kull parti ghandu jkollha smigh xieraq izda wkoll li dan is-smigh xieraq isir fi zmien ragonevoli. Dan japplika mhux biss ghas-socjeta' rikorrenti izda wkoll ghas-socjeta' ntimata li ghandhadritt li ma tibqax tistenna gudizzju ghal zmien indefinit partikolarment meta s-socjeta' rikorrentima wrietx interess fil-prosegwiment tal-kawza li ntavolat hija stess. L-Artiklu 964 ghandu l-iskopli jirrikoncilja d-drittijiet tas-socjeta' rikorrenti qua attrici ma' dawk tas-socjeta' ntimata quakonvenuta ghal smigh xieraq fi zmien ragonevoli partikolarment di fronte ghan-nuqqas ta' nteress u inattivita' ta' l-attrici.

L-artikolu 46 (2) tal-Kostituzzjoni, proviso, hu identiku fid-dicitura ghall-proviso tas-subinciz 2 ta' l-artikolu 4 ta' l-Att XIV ta' l-1987 dwar il-Konvenzjoni Ewropea. Skond l-artikolu 46(2) tal-Kostituzzjoni:

‘Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili ghandu jkollhagurisdizzjoni originali li tisma' u tiddeciedi kull talba maghmula minn xi persuna skond is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu, u tista' taghmel dawk l-ordinijiet, tohrog dawk l-atti u taghti dawk id-direttivi li tqis xierqa sabiex twettaq jew tizgura t-twettiq ta' kull wahda mid-disposizzjonijiet ta' l-imsemmija artikoli 33 sa 45 li ghall-protezzjoni taghhom tkun intitolata dik il-persuna.

Izda l-Qorti tista', jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel, tirrifjuta li tezercita s-setghat taghha skond dan is-subartikolu f'kull kaz meta tkun sodisfatta li mezzi xierqa ta' rimedju ghall-ksur allegat huma jew kienu disponibbli favur dik il-persuna skond xi ligi ohra”.

Rikorsi Kostituzzjonali huma, min-natura taghhom, specjali u straordinarji, u meta s-sistema ordinarja ta' ridress tipprovdi mod ta' soluzzjoni effettiva, dik is-sistema ordinarja trid tigi uzata u adottata qabel ma' l-Gvern, jew l-amministrazzjoni taghha, jigi akkuzat bi ksur tad-drittijiet fundamentali tieghu. Ma jistax jinghad li l-Gvern ikun kiser id-drittijiet fundamentali tac-cittadin, meta lic-cittadin ikunu provduti u hemm disponibbli ghalih rimedji ghal-lanjanzi tieghu.

Il-Qorti tirrileva li fil-fatt f'dana il-kaz ma kienx hemm xi digriet ta' dezerzjoni moghti mill-Qorti, imma li garakien li wara li l-kawza thalliet sine die u wara li ghadda t-terminu prevvist mill-ligi fl-artikolu964 tal-Kap 12 l-kawza giet amministrattivament dikjarata dezerta kif jidher mill-kopertina tal-process.

F'dan il-kaz ir-rikorrenti ma setghux jappellaw minn xi digriet billi ma kien inghataebda digriet mill-Qorti. Huma pero' setghu jipprocedu b'kawza apposita fil-Prim Awla fejn jattakkawil-mod kif il-kawza taghhom amministrattivament spiccat dezerta fejn huma qed jallegaw li kien hemmirregolarita' fil-procedura uzata. Dan kien rimedju li r-rikorrenti setghu juzaw minghajr il-htiegali jirrikorru ghall azzjoni kostituzzjonali prezenti.

Il-Qorti inoltre tirrileva li skond l-artikolu 963(6) tal-Kap 12 bid-dezerzjoni ta' kawza fil-qorti ta' l-ewwel grad il-procediment jispicca izda ma jispiccax il-jedd ghall-azzjoni. Huwa fil-qorti fi grad ta' appell, li bid-dezerzjoni jispicca l-appell, u s-sentenza appellata ssir gudikat.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni