Reference: 359/1992/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
CARUANA LAWRENCE vs FALZON ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, KOMPUTAZZJONI TRID TKUN MARBUTA MAR-REALTA` TAL-HAJJA - DANNI, MULTIPLIER - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT - KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - KOLLIZJONI, KAWZA PROSSIMA U MMEDJATA TAL-INCIDENT - KOLLIZJONI, META KAROZZA TKUN GHADDEJJA MINN NAHA L-HAZINA TAT-TRIQ - KOLLIZJONI, PROPER LOOKOUT - KOLLIZJONI, RELEVANZA TA` KONTRAVENZJONI TA` XI REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU - PROVA, VEROSIMILJANZA TA` ZEWG VERZJONIJIET KONTRADITTORJI
Summary
Huwa veru illi sewwieq ta' karozza li jkun fuq in-naha hazina tat-triq mhux necessarjament ikun responsabbli ghall-kollizzjoni jekk l-agir tieghu ma jkunx ta lok ghal dik il-kollizzjoni. Mhux biss ghax fi triq b'vizwali tajba gie ritenut li vettura m'ghandiex ghalfejn izzomm ix-xellug tat-triq, imma anki ghaliex il-vjolazzjoni ta` regolament stradali ma jammontax ghal prova konklussiva ta` negligenza. Tali vjolazzjoni ma taghtix lok ghal responsabilita` sakemm ma tkunx il-kawza prossima tad-dannu.

Madanakollu meta sewwieq ikun kompletament fuq in-naha l-hazina tat-triq u mhux semplicement on the crown of the road u jekk jigi stabbilit ukoll illi t-triq fejn gara l-incident kienet wahda li tipprovi viswali tajba u fit-tul, tinholoq prezunzjoni iuris tantum li l-htija ghas-sinistru kellha tkun akkollata fuq min ikun fuq in-naha l-hazina tat-triq.

Una volta li sewwieq jinvadil-karreggjata tat-traffiku gej mid-direzzjoni opposta, kien misenni fuq kollox minnu li jiehu prekawzjonijiet adegwati sabiex bl-ebda mod ma jfixkel jew jipperikola t-traffiku gej minn dik id-direzzjoni. Filwaqt li certament kull sewwieq kellu l-obbligu li jzomm a proper lookout, kien jinkombi fuqtali sewwieq grad ta' diligenza ferm akbar biex jaccerta ruhu illi, qabel ma jaghmel il-manuvra biex jinvadi l-karreggjata rizervata ghat-traffiku gej mid-direzzjoni kuntrarja, ikun jista' jibda jkompli u jtemm dik il-manuvra perikoluza minghajr riskju u wkoll minghajr ma jissorprendi propju lil dak it-traffiku li, bi dritt, ikun qed juza l-karreggjata ghalih rizervata.

Fejn l-assjem tal-provi hu tali li l-verzjonijiet tal-kontendenti huma hekk bilancjati li kull wahda tista' tirrizulta plawsibbli u veritjera, u ma tirrizultax dik ic-cirkostanza determinanti li tissoda l-konvinciment tal-Qorti favur tezi u mhux l-ohra, ma jibqax lecitu ghall-gudikant li jifforma opinjoni motivatafuq preponderanza ta' probabilitajiet. Il-gudikant allura kellu jasal ghall-konkluzzjoni li min jallega u min allura kellu l-oneru tal-prova, ma jkunx issodisfa l-prova.

Huwa minnu li l-Qortim'ghandhiex tkun marbuta mad-decizjonijiet li jillimitaw il-'life expectancy' sa massimu ta' 20 sena. Dan jista' jkun, u fil-fatt hu ppruvat, li kien f'certi kazijiet, estremament ingust. Hu ovvjuper ezempju, li mhux gust illi tillimita l-hjja lavorattiva ta' guvni ta' tmintax (18)-il sena ghaldan il-massimu. Dan ghaliex fir-rejalta' tal-hajja, il-midrub ikollu possibilita' kbira li jissupera dan il-limitu ta' eta' fittizja.

Madanakollu dan ma jfissirx necessarjament li f'kull kaz il-kalkolu ta' zmien ta' "life expectancy", fis-sens ta' aspettattiva ta' hajja lavorattiva, kellha tekwivali ghad-differenza bejn l-eta' tal-vittma u l-eta' pensjonabbli. Anke hawn il-kriterju hu ghal kollox wiehed riskjuz u alejatorju, semplicement ghaliex wiehed ma jistax jivvizwalizza l-futur, uc-chances and changes tal-hajja huma tant varji li hu difficli ferm li wiehed jistablixxi kriterjioggettivi li fuqhom kull kaz kellu jigi modellat. Bizzejjed jinghad li l-aspettativa ta' hajja lavorativa utili llum testendi oltre l-eta' pensjonabbli, li minn banda tfisser li l-vittma ser tibqa' tbati minn debilita' anke wara dik l-eta', u minn banda tfisser illi il-vittma ser tibqa' tkun f'posizzjoni li tahdem f'xoghol fruttifru oltre dik l-eta'. Il-grad u x-xorta ta' debilita' jassumu allura importanza determinanti kif taghmel ukoll il-kwalita' ta' xoghol, professjoni u kapacita' lavorattiva tieghu.

It-trapass taz-zmien ma kellux jimmilita favur il-persuna tenuta responsabbli ghall-incident u kontra l-vittma li sofriet id-danni. Ghalhekk meta l-kawza ddum ghal numru ta` sninbiex tigi deciza mhux siewi li jsir tnaqqis ghal lump sum payment ta` 20%.

Irid ikun hemm kompensazzjoni ghad-dewmien tal-proceduri gudizzjarji u fil-likwidazzjoni tal-kumpens, hu motivat ukollmill-fatt li ma hux sal-lum possibbli li jigi degretat il-hlas ta' l-imghax mid-data meta giet kagunata l-hsara. Jidher allura li jekk jigi kalkolat li l-valur tal-kapital bl-akkrexximent ta' l-imghax f'investiment ghaqli, ghandu pratikament jirdoppja fi zmien ghaxar (10) snin, ikun gust li l-persentagg ta' ghoxrin fil-mija (20%) ghall-lump sum payment jigi ugwalment ridott fuq dan il-perjodu b'rata ta' tnejn fil-mija (2%) kull sena mid-data ta' l-incident sakemm tigi finalment deciza l-kawza.Hu xieraq ukoll li ma jsir l-ebda tnaqqis fir-rata, fil-kazijiet fejn il-kumpens dovut ikun gie finalment determinat fi zmien ragonevoli - li l-Qorti tqis li ghandu jkun tlett (3) snin - minn meta jsehh l-incident li pprovoka d-danni. Dana mhux biss ghaliex dan hu zmien li fih il-proceduri gudizzjarji ghandhom jiehdu l-kors taghhom, imma wkoll biex jinghata spazju, opportunita' u incentiv lill-kontendenti li jfittxu soluzzjoni bonarja fl-iqsar zmien possibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info