Reference: 15/2007

Judgement Details


Date
28/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BARBARA EDMOND vs ISSA ISSLAM TAWFIK ISSA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; LIMITI TAL-FUNZJONIJIET TAT-TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Summary
Ir-rikorrenti qabbad lill-intimat sabiex jaghmillu xoghol ta' tbaqqin u kisi bil-gibs fuq hitan ta'maisonette liema xoghol ma kienx qieghed isir skond is-sengha u l-arti. L-intimat issottometta illihu kien ghamel ix-xoghol skond kif titlob is-sengha.

It-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturinnota illi r-rikorrenti ghandu konoxxenza adegwata f' dan it-tip ta' xoghol u anke ta lill-intimatl-opportunita` li jikkorregi dak ix-xoghol illi kien diga sar u jesegwih skond kif titlob is-senghau l-arti. Ghaldaqstant it-Tribunal laqa' t-talba tar-rikorrenti u ordna lill-intimat ihallas is-somma ta' Lm400 bl-ispejjez kontra l-istess intimat.

L-Appell ta' Issa Isslam Tawfik Issa kontradin is-sentenza huwa fis-sens infraskritt:-

(1) Is-sentenza hi zbaljata fl-okkju taghha ghaliex il-kawza, kif promossa, ma kienetx fil-konfront tieghu izda kontra s-socjeta` “David Isaac Ltd”;
(2) In-natura teknika tal-materja in meritu kienet tissuggerixxi li jitqabbad espert u mhux sempliciment li t-Tribunal jikkontenta ruhu “illi r-rikorrenti ghandu konoxxenza adegwata f' dan it-tipta' xoghol”.

F' dak il-kaz tezisti qaghda fejn isem l-intimat hu ghal kollox differenti minndak tas-socjeta` li fil-konfront taghha gew inizzjati l-proceduri, u “dan huwa zball ta' sustanza billi hu bl-okkju tad-decizjoni li l-partijiet jigu effettivament identifikati” (“Louise Ann Sultana-vs- Il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp u l-Awtorita` ta' l-Ippjanar”, Appell, 14 ta' April, 1997). Ladarba dan hu hekk, “sentenza li fiha l-indikazzjoni ta' isem ta' wahda mill-partijiet zbaljata fl-identita ta' dik il-persuna indikata hazin, hi nulla” (Kollez. Vol. XXXVI P I p 200 u Vol. XLI P II p 1055).

Din il-Qorti ta' l-Appell hi konxja mill-fatt illi l-ligi kostitwenti(Kapitolu 378) ma jidherx li takkorda lit-Tribunal, krejat tahtha, bis-setgha ta' l-ezekuzzjoni tad-decizonijiet tieghu. Ciononostante, din il-Qorti ma tarax li tezisti raguni serja u konvincenti ghalbiex ma ghandhiex hi stess direttament taghmel ir-rimessa ta' l-atti lit-Tribunal ghall-iskop tal-korrezzjoni okkorrenti, meta dan hu hekk processwalment lilha suggerit ghal fini li jigu evitati proceduri u gudizzji separati, b' hela ta' zmien u energija, u bi spiza zejda ghall-partijiet.

Ghaldaqtant din il-Qorti ddecidiet billi laqet' l-ewwel aggravju ta' l-appellanti u b' hekk tannulla s-sentenza appellata. Tirrinvija l-atti lura lit-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi sabiex danjiddeciedi l-kawza fl-ambitu tal-konsiderazzjonijiet maghmula u tal-ligi. L-ispejjez, fic-cirkustanzi, jibqghu bla taxxa bejn il-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info