Reference: 20/2003/2

Judgement Details


Date
28/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
XUEREB GINEVRA vs GRECH JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; BDIL FID-DESTINAZZJONI TA FOND MIKRI - APPELL; KAWZA DESERTA
Summary
Ir-rikorrenti tikri lill-intimati hanut versu l-kera ta' Lm28 fis-sena li tithallas kull sitt xhur bil-quddiem. L-intimati biddlu d-destinazzjoni tal-fond, ghamlu tibdiliet fil-fond billi nehhew t-tabella u l-armatura ta' barra u ghamlu l-faccata bl-irham u assenjaw jew sullokaw il-fond lis-socjeta'minghajr il-kunsens tal-esponenti. Ghaldaqstant l-esponenti talbet il-Bord li Jirregola l-Kera sabiex jawtorizzaha tirriprendi l-fond de quo u konsegwentement tordna l-izgumbrament tal-intimati fizmien qasir u perentorju li jigi lilhom prefiss.

L-intimati esponew illi l-Bord li Jirregola l-Kera diversament ippresedut f'sentenza bl-ismijiet - Genevra maghrufa bhala Stella Xuereb vs Salvatore Grech - missier il-predecessur fit-titolu tal-esponenti kien diga' ddecieda illi r-rikorrenti kienet tat il-kunsens tacitu taghha ghal bidla fid-destinazzjoni tal-fond.

Il-Bord iridjitlaq minn fejn halliet dik is-sentenza, li l-fond hu mahzen li qed jintuza b'rabta ma' hanut u ghandu harsien specjali mill-ligi. Altru mahzen marbut ma' hidma kummercjali u altru, mahzen li m'ghandu x'jaqsam xejn ma' negozju. Qed jigi allegat li hemm bdil ta' destinazzjoni tal-fond.

Fil-kaz ta' non uzo ghandek is-sitwazzjoni fejn il-fond mikri jinzamm, bla ebda gustifikazzjoni maghluq uinutilizzat ghall-perijodu apprezzabbli ta' zmien. Invece fil-kaz ta' “uzu divers” il-kerrej ikunznatura d-destinazzjoni li kienet issir qabel mill-fond u b'hekk abbuza mill-godiment tieghu.

Il-prova tal-bdil fid-destinazzjoni, allegatament maghmula mill-inkwilin trid issir mis-sidien ghax kienu huma li kienu qieghdin jallegawha. Din il-prova necessarjament timponi, (1) il-kostatazzjoni certa illi l-fond inkera ghal certa deteriminata destinazzjoni, (2) illi l-inkwilin fil-kors tal-kirja, biddel dik id-destinazzjoni billi beda juza l-fond ghal skop divers minn dak li ghalih kien miftiehem li kellu jintuza, dana fil-parti principali tieghu u (3) li, jekk dan isehh, dan ma kienxgara bl-akkwixxenza u l-kunsens espress jew tacitu tas-sidien”.

Ir-rekwiziti dettati mill-Artikolu 187 (3) tal-Kapitolu 12 ghal skop tan-notifikazzjoni ta' l-atti sostanzjalment jinkludu s-segwenti:-
(1) it-twahhil ta' kopja ta' l-att fil-post, fil-belt jew fid-distrett fejn soltu jitwahhlu l-atti ufficcjali;
u (2) li sunt ta' l-att jinhareg fil-qosor fil-Gazzetta u f' gurnal ta' kuljum wiehed jew iktar minn wiehed skond kif il-qorti tiddeciedi.

Dispost mill-Artikolu 963 (1), Kapitolu 12 illi fil-qorti, fi grad ta' appell, il-proceduri bil-miktub jinghalqu fi zmien perentorju ta' sena. Issa skond l-Artikolu 146 (1) dawn il-proceduri bil-miktub jitqiesu maghluqa bit-twegiba ghar-rikors, u fin-nuqqas ta' twegiba, bl-eghluq taz-zmien moghti ghaliha. Huwa meta l-proceduri jinghalqu b' dan il-mod li l-kawza titqieghed fuq il-listi ghas-smiegh (Artikolu 152).

Fil-kaz prezenti l-proceduri ta' l-appell la nghalqu bit-twegiba u lanqas bl-eghluq taz-zmien ghalihaghax in-notifikazzjoni ma kienetx konformi ghall-elementi kollha rikjesti mil-ligi bl-Artikolu 187 (3). Jissubentra allura in funzjoni d-dispost surreferit ta' l-Artikolu 963 (1), li skond is-subinciz(2) tieghu jaghmel iz-zmien perentorju ta' sena komputabbli mill-gurnata tal-prezentata tar-rikorsta' l-appell.

Minhabba n-nuqqas ta' notifika regolamentari skond l-Artikolu 187 (3) fi zmien sena prevvist mill-Artikolu 963, din il-Qorti tiehu konjizzjoni ta' l-aggravji bl-appell dedotti.Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara l-appell dezert u konsegwentement ma tiehux aktar konjizzjoni tieghu. Finalment tordna l-kancellament tal-kawza minn fuq il-lista, bl-ispejjez jitbatew mill-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info