Reference: 3387/1996/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
SPITERI VINCENT ET vs MANGION MARTIN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLABBLI, PERO` MHUX NULL AB INITIO, JEKK WIEHED MILL-KONJUGI MA JAGHTIX IL-KUNSENS TIEGHU - KONVENJU, ANNULLABBLI, PERO` MHUX NULL AB INITIO, JEKK WIEHED MILL-KONJUGI MA JAGHTIX IL-KUNSENS TIEGHU - KONVENJU, ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KONVENJU, EBDA HTIEGA LI TIGI ALLEGATA KOPJA TA` PROKURA BHALA PROVA TA` MANDAT - KONVENJU, NUQQAS TA` KUNSENS TA` WIEHED MILL-KONJUGI - KUNTRATT, EBDA HTIEGA LI TIGI ALLEGATA KOPJA TA` PROKURA BHALA PROVA TA` MANDAT
Summary
Minn imkien fil-ligi ma tidher il-htiega illi tkun annessa ma' l-iskrittura privata, inkluz konvenju, l-original jew kopja ta' prokura bhala prova tal-mandat li l-prokuratur kellu biex jidher ghan-nomtal-mandat tieghu. Dan il-mandat seta' jigi provat aliundem.

Hu pacifiku illi llum l-jedd li jitwettqu atti ta' amministrazzjoni straordinarja bhal konvenju dwar beni immobbli, kien imiss liz-zewg mizzewgin flimkien (artikolu 1322 tal-Kodici Civili). Mhix korretta s-sottomissjoni li sanzjoni ghall-fatt illi att ta' amministrazzjoni straordinarja ta' trasferiment ta' immobbli minn wiehedbiss mill-konjugi kienet in-nullita' ta' dak l-att. Infatti s-subinciz (1) ta' l-artikolu 1326 jipprovdi illi:- "Att li jehtieg il-kunsens taz-zewg partijiet mizzewga jistghu jitwettqu minn parti wahda minghajr il-kunsens tal-parti l-ohra jistghu jigu annullati fuq it-talba tal-parti l-ahhar imsemmija meta dawk l-atti jkunu dwar it-trasferiment jew il-holqien ta' jedd rejali jew personali fuq proprjeta' immobbli....". Hu ovvju minn din id-disposizzjoni li l-ligi ma tqisx allura l-konvenju li allegatament ikun sar minn konjugi wiehed minghajr il-kunsens tal-konjugi l-iehor bhala null u bla effett fil-ligi. Ghall-kuntrarju tqis li hu validu u jorbot anke lill-konjugi li ma jkunx ta l-kunsens tieghu sakemm dan ma jiehux il-passi mehtiega biex dik il-promessa ta' bejgh tigi annullata.

L-istess artikolu 1326 (2) jipprovdi wkoll il-modalitajiet kif setghet issir din il-kontestazzjoni u kif kellu jiddekorri u jigi kalkolat iz-zmien perentorju li fih tali kontestazzjoni setghet issir. Il-ligi allura tirrizerva biss lill-konjugi d-dritt illi jikkontestaw l-operat ta' wiehed minnhom fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tal-hwejjeg komuni. Eccezzjoni li ma kienet bl-ebda mod miftuha lil terzi li ma kellhomx id-dritt li jintromettu ruhhom fir-relazzjonijiet familjari li bl-ebda mod ma kienu jinteressawhom. L-att ta' amministrazzjoni straordinarja allura maghmul minn wiehed bissmill-konjugi minghajr il-kunsens tal-konjugi l-iehor ma kienx meqjus mil-ligi bhala null fih innifsuimma biss annullabbli ad istanza tal-konjugi l-iehor li ma jkunx ta l-kunsens tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info