Reference: 3062/1996/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
AGIUS PETER ET vs CARUANA JOHN MARY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, HTIEGA LI ESTENSJONI SSIR BIL-MITKUB - KONVENJU, HTIEGA LI JSIR BIL-MITKUB - KONVENJU, SA META JRID ISIR IT-TIGDID - KONVENJU, TIGDID JIRREKJEDI L-FIRMA TAL-KONTRAENTI KOLLHA - KUNTRATT, TIGDID TA` KUNTRATT BILATERALI
Summary
Il-kuntratti bilaterali jehtiegu l-kunsens taz-zewg kontraenti u ghalhekk il-kunsens ta` wiehed mill-kontraenti mhux bizzejjed. Ghalhekk, it-tigdid ta` konvenju mwettaq biss mill-vendituri mhux validu.

Huwa minnu li fil-kaz ta' skritturi privati ma kienitx mehtiega l-kontemporanjeta' tal-firma imma li l-att ma jkunx meqjus bhala konkjuz u jorbot sakemm l-ahhar kontraent ma jkunx iffirmah.Fil-kaz tal-estensjoni ta` konvenju, tali konkors tal-volonta' tal-kontraenti kif manifestat bil-firma taghhom irid isehh qabel ma jiskadi t-terminu tal-konvenju originali. Fin-nuqqas ta' dan, kull cirkostanza li ssehh wara u kull passi gjudizzjarjili setghu ittiehdu mill-atturi kompraturi biex jaghtu effett lill-konvenju originali kienu ghal kollox irrelevanti u ma setghu bl-ebda mod jinfluwenzaw jew jovjaw ghall-invalidita' u n-nullita' tal-ftehim tal-estenzjoni tal-istess konvenju.

L-att pubbliku jew skrittura privata f'kaz ta' weghda ta' trasferiment ta' immobbli huma ezatti mil-ligi mhux "ad probationem tantum" imma "ad solemnitatem" u n-nuqqas taghhom jipproduci n-nullita' assoluta tan-negozju giuridiku b'mod li l-obbligazzjoni ma tistax tigi konfermata u lanqas ratifikata ufuq dak il-ftehim ma tista' tintalab l-ebda ezekuzzjoni. Din il-konsiderazzjoni tapplika wkoll ghall-ftehim li bih konvenju jkun gie estiz. Dan proprju ghaliex it-terminu tal-konvenju hu tal-essenzatieghu u ma setax allura ma jkunx jirrizulta minn skrittura illi tiddikjara t-terminu tieghu, li altrimenti kellu jitqies skond il-ftehim li jkun skada, kien gie mgedded bil-kunsens taz-zewg kontraenti. Dan hu aktar u aktar hekk meta l-ftehim li bih il-konvenju jkun gie estiz ghall-perjodu iehor ikun jinkludi kondizzjonijiet u ma kienux jifformaw parti mill-ftehim ta' weghda ta' bejgh originali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info