Referenza: 568/1996/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/12/2007
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., MALLIA TONIO
Partijiet
VELLA JOSEPH ET vs FARRUGIA NAZZARENO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI; IL PROCESS TA - ULTRA VIRES, DEFINIZZJONI
Fil-Qosor
L-artikolu 811(e) tal-Kap. 16 tal-Ligijiet ta' Malta jaghti dritt ghal ritrattazzjoni fejn is-sentenza tkun applikat il-ligi hazina, u l-artikolu 811(g) jaghti l-istess dritt ghal ritrattazzjoni jekkbis-sentenza ikun gie moghti izjed minn dak li ntalab.

Il-konsiderazzjonijiet legali li jirrigwardaw il-kwestjoni tas-smigh mill-gdid ta' kawza li dwarha tkun inghatat sentenza li saret gudikat, iridu jimxu mal-principju li r-rimedju tar-ritrattazzjoni mahsub fil-Kodici Procedurali Malti huwa wiehed straordinarju li jithalla jintuza biss fil-kazijiet u fic-cirkostanzi msemmija espressament fl-istess Kodici. Minbarra dan, it-tifsira ta' l-istess cirkostanzi li tahthom jista' jintalab tali rimedju, ghandha tkun wahda ta' “interpretazzjoni strettissima” jekk mhux ukoll b'applikazzjoni rigida li ma timxix b'xebh jew b'analogija.

Il-process tas-smigh u t-trattazzjoni mill-gdid ta' kawza deciza fih zewg fazijiet: l-ewwel it-tiftix tar-raguni li tista' twassal ghat-thassir tas-sentenza moghtija (in rescindendo); imbaghad, jekk din ir-raguni tinstab, is-smigh mill-gdid tal-kawzafl-istadju li tkun waslet fih meta nghatat is-sentenza li tkun twaqqghet (in rescissorio). Sadattant, ix-xoghol ta' din il-Qorti, sakemm tkun ghadha qieghda tqis jekk jezistux ragunijiet tajbin bizzejjed biex tithassar is-sentenza attakkata, huwa dak li tara biss jekk kemm-il darba tirrixultax imqar wahda mic-cirkostanzi procedurali mahsubin fl-Artikolu 811 tal-Kodici Procedurali. Fl-istadju inrescindendo din il-Qorti m'ghandhiex tgharbel mill-gdid dwar jekk hi taqbilx jew le mal-mod kif il-Qorti tkun waslet ghall-fehmiet taghha fis-sentenza attakkata.

Dan kollu jingabar taht ir-regola li huwa mixtieq u mehtieg li jkun hemm ic-certezza tad-dritt u fejn kawza tkun inqatghet b'sentenza li tkun ghaddiet f'gudikat din m'ghandhiex titwaqqa' kif gieb u lahaq, imma biss ghal ragunijiet serji u gravi. Dan kollu mbaghad jissejjes fuq il-massima li res judicata pro veritate habetur.

Il-process ta' ritrattazzjoni ma jservix bhala t-tieni appell, b'mod li taht l-iskuza ta' xinuqqas procedurali, il-Qorti tkun mistiedna biex terga' twettaq ezercizzju ta' ri-ezami li, fil-fatt, ma jkun xejn aktar minn skrutinju mill-gdid tal-konsiderazzjonijiet diga` maghmula mill-Qorti fis-sentenza li taghha jintalab it-thassir u s-smigh mill-gdid. Dan jghodd ghal kull wahda mill-kawzalimahsubin fl-Artikolu 811 tal-Kodici.

Meta titqies il-kawzali ta' l-ultra petita huwa mehtiegli wiehed jara x'ikun intalab. Il-kriterju hu li t-talba f'kawza titqies minn dak li jissemma fl-att li bih il-kawza tinbeda. Mill-formulazzjoni ta' dak l-att tal-bidu, wiehed ikun jista' jqis jekkdak moghti fis-sentenza jkunx ghal kollox 'il barra minn dak li ntalab (extra petita) jew ikunx aktar minn dak li ntalab (ultra petita). Fil-kaz tal-lum, l-atturi rikorrenti qeghdin jilmentaw minn din ta' l-ahhar. Ikun hemm kaz ta' eccess bhal dan fejn il-gudikant jibbaza r-raguni tad-decizjoni fuq titolu, kawzali jew fatt guridiku, essenzjalment differenti minn dak li, permezz ta' azzjoni jeweccezzjoni, jigi dedott mill-partijiet in sostenn tal-konkluzjonijiet taghhom. Dan il-kaz ma jghoddx fih ic-cirkostanza fejn Qorti tipprovdi rimedju li, ghalkemm ma jissemmiex bhala talba espressa, johrog ex necessaria consequentia minn talba ohra li tkun maghmula.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni