Reference: 11/2007

Judgement Details


Date
19/10/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GRECH ANTHONY vs CALLEJA CLAIRE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI; INCIDENT AWTOMOBILISTIKU - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR - TRIBUNAL TA ARBITRAGG
Summary
Fis-7 ta` Lulju, 2005, Anthony Grech fetah kawza quddiem it-Tribunal ghal Talbiet Zghar fejn talab danni f`ammont ta` Lm404.70, allegatament kkawzati fuq il-vettura tieghu rizultat ta` incident awtomobilistiku li sehh fit-30 ta` Jannar, 2005. Il-konvenuta eccepiet, in linea preliminari, li t-talbakienet rrita u nulla, u dana stante l-fatt li skont l-Att numru IX tal-2004 (Taqsima VII) u l-AvviziLegali 420/2004 u 421/2004, kwistjonijiet u talbiet rigwardanti vetturi ghandhom jinstemghu quddiemic-Centru tal-Arbitragg.

Din il-Qorti tiddeplora l-fatt li ebda parti fil-kawza, inkluz l-Avukat Generali, ma ndenja ruhu jressaq sottomissjonijiet biex jassisti lill-Qorti fid-decizjoni taghha fuq materja hekk importanti. Kien mistenni li l-Avukat Generali, in partikolari, jiehu aktar interess fil-kwistjoni la darba si tratta minn validita` ta` ligi. Darba, pero`, li lil din il-Qorti saritilha r-riferenza indikata, hu dmir taghha li tezaminha fil-limiti tal-kontestazzjoni kif formulata.

Din ir-riferenza hi bazata fuq l-allegazzjoni li l-Avviz Legali 279/2005, li emenda r-Raba` Skeda tal-Kap. 387 - Att Dwar l-Arbitragg - billi fost “Arbitragg Mandatarju”, zied kazijiet li jinvolvu kollizzjonijiet bejn vetturi u li qabel kienu jaqghu fil-kompetenza tat-Tribunal ghal Talbiet Zghar, huwa anti-kostituzzjonali ghaliex jikser u jmur kontra d-dispozizzjonijiet tal-artikolu 39tal-Kostituzzjoni ta` Malta u kontra l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Kap. 319).

Ir-Raba` Skeda tal-Att dwar l-Arbitragg, kif emendat bl-Avviz Legali 279/2005, jipprovdi, fost hwejjeg ohra, li tilwima civili jew kummercjali dwar traffiku ta` vetturi bil-mutur li torigina minn kollizzjoni bejn vetturi, u l-valur tat-tilwima ma jkunx jeccedi l-Lm5,000, ghandhom jigu determinati b`arbitragg. Huwa l-validita` ta` dan il-provvediment li issa, din il-Qorti, trid tistharreg.

Filwaqt li l-Kostituzzjoni ta` Malta hija kuntenta jekk kwistjonijiet jigu determinati minn “Qorti jew awtorita` ohra gudikanti mwaqqfa b`ligi”, il-Konvenzjoni Ewropea tuza kliem differenti; f`dan il-kaz, l-enfazi tal-materja hi fuq ir-rekwizit li jrid jkun hemm “tribunal indipendenti u mparzjali mwaqqaf b`ligi”. Fid-dawl tal-premess jidher li biex jigi deciz jekk “tribunal”hux indipendenti, wiehed irid ihares lejn:
“(i) the manner of appointment of its members and their term of office; (ii) the existence of guarantees against outside pressures; u (iii) the question whether the body presents an appearance of independence”.

F`dan il-kaz, it-Tribunal ta` Arbitragg hu compost minn arbitru wiehed, jew, jekk iridu l-partijiet, minn tlett arbitri. F`kaz lima jkunx hemm qbil ghall-hatra tal-arbitru uniku jew ghall-hatra tal-arbitri li jippresjedi mat-tnejn l-ohra, in-nomina issir mic-Chairman tac-Centru dwar l-Arbitragg ta` Malta, u d-decizjoni ta` dan“tkun finali u konkluziva” (artikolu 20 (3) tal-Kap. 387). Meta jkun qed jaghmel il-hatra, ic-Chairman ghandu jqis kull haga li x`aktarx tizgura l-hatra ta` arbitru indipendenti u imparzjali, u l-membri tal-Gruppi ta` Arbitragg Domestiku mwaqqfa skont il-ligi (artikolu 20 (4) ibid). Dawn il-Gruppita` Arbitragg Domestiku jinhatru mic-centru dwar l-Arbitragg ta` Malta minn fost persuni li “fil-fehma tac-Centru” jkollhom kwalifiki tajba biex jaqdu d-doveri ta` arbitri. Persuna tista` titnehha minn xi grupp ta` arbitri mic-Centru “f`kull zmien”, b`dan li kull tnehhija ma tkunx torbot xi procedimenti ta` arbitragg li huwa jkun seta` diga` gie mahtur fihom. (artikolu 10(2)(6) ibid). F`kaz li l-partijiet ma jaqblux dwar hatra ta` arbitru, l-ghazla tal-arbitru hi mhollija fid-diskrezzjoni assoluta tac-Chairman tac-Centru dwar l-Arbitragg ta` Malta, li hu persuna mpoggija f`dik il-kariga mill-Ministru responsabbli ghall-gustizzja (artikolu 4 ibid). Hu jkun mahtur ghal perjodu ta` sitt snin,u ghalkemm hu, bhall-membri l-ohra tac-Centru, ghandhom iwettqu l-funzjonijiet taghhom skont l-arbitriju individwali taghhom u m`ghandhomx ikunu suggetti ghad-direzzjoni jew kontroll ta` xi persuna jew awtorita` ohra (artikolu 4(4) ibid), “huwa jkun eligibbli ghal hatra mill-gdid “meta jintemm iz-zmien tal-hatra (Artikolu 6(1) ibid). Il-Ministru jista` wkoll itemm il-hatra tac-Chairman u ta` kullmembru fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja imwaqqfa bl-artikolu 101A tal-Kostituzzjoni ta` Malta (artikolu 6(1) ibid). Ic-Chairman u l-membri tal-Centru m`ghandhomx salarju fiss, izda huma intitolati ghal dik ir-rimunerazzjoni u dawk l-allowances li l-Ministrujista` jistabbilixxi minn zmien ghal zmien (Artikolu 6(2) ibid).

Fil-fehma tal-Qorti, dawn il-provedimenti ma tantx jaghtu garanzija xierqa u oggettiva ta` imparzjalita` u indipendenza fit-Tribunal tal-Arbitragg meta l-arbitru ma jkunx maqbul mill-partijiet. L-arbitru maghzul huwa sottomessghal pjacir tac-Centru u m`ghandu ebda “security of tenure”. Ic-Centru, jew ahjar, ic-Chairman, jista` jiddeciedi, ghar-raguni hi x`inhi, li ma jahtarx persuna bhala arbitru, u meta tqis li c-centruhuwa, ftit jew wisq, taht il-kontroll tal-Ministru, ma jistax jinghad li l-hatra ta` arbitru hija kompletament indipendenti mill-Ezekuttiv. Mhux biss in-nomina ta` persuna biex isservi bhala arbitruhija ghazla soggettiva, pero`, aktar minn hekk, jekk dik il-persuna tibqax titqies bhala misthoqqabiex terga' tinghazel, jiddependi hafna fuq apprezzament soggettiv tac-Chairman u tac-Centru dwar l-Arbitragg ta` Malta. L-arbitru ma jokkupa ebda “ufficcju” jew “kariga”, u jaqdix jew le l-funzjoni tieghu ta` arbitru jiddependi, ghal kull kaz fuq l-amministrazzjoni. In oltre, l-arbitru hu soggett ghall-proceduri ta` dixxiplina li wkoll huma ezercitati mic-Centru dwar l-Arbitragg ta` Malta. Dawn il-provedimenti jikontemplaw ukoll indhil mir-Registratur tac-Centru fil-mod ta` kif l-arbitru jmexxil-process.

Fil-fehma ta` din il-Qorti, dawn ir-regoli u provedimenti ma jaghtux garanzija ta` imparzjalita` u nuqqas ta` indhil fl-operat tal-arbitru, u l-process kollu tal-hatra tal-arbitruu l-kontrolli kontemplati ma jaghtux zgur “an appearance of independence”.

Din il-Qorti rat ukoll li l-arbitragg dejjem gie meqjus bhala li ma jipprovdix il-garanziji kollha rikjesti fl-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea, izda l-arbitragg jitqies process legali validu peress li l-partijietikunu volontarjament ghazlu dak il-process ghar-rizoluzzjoni tat-tilwima. Id-dritt ghall-Qorti li jgawdi kull cittadin jista` jigi rinunzjat b`rizultat tal-ftehim li waslu ghalih il-partijiet li jirrikorru ghall-arbitragg, pero`, dan id-dritt ma jistax jigi mcahhad bl-awtorita` ta` ligi.
Fil-kaztal-legislazzjoni lokali, ic-cahda mir-rikors ghall-Qrati giet imposta mil-Legislatur, u ghalkemm il-Konvenzjoni titkellem, fuq “tribunal”, l-alternattiva li impona l-Legislatur mhix ta` tribunal indipendenti u imparzjali kif jirrikjedu l-Kostituzzjoni ta` Malta u l-Konvenzjoni Ewropea.

Metapersuni jintbaghtu quddiem tribunal ta` arbitragg, jistghu jkunu zvantaggati fis-sens li, jekk tqumkwistjoni ta` interpretazzjoni ta` ligi jew regolament tal-Unjoni Ewropea, l-arbitru probabilment ma jkunx jista` jaghmel riferenza preliminari lill-Qorti tal-Gustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Id-dritt ta` parti li tirrikorri ghall-Qorti mhux eskluz peress li kontra decizjoni arbitrali hemm dejjem dritt ta` appell. Id-dritt ta` appell moghti mil-ligi hu, pero`, wiehed limitat ghal punt ta`ligi. Parti fi proceduri ta` arbitragg, m`ghandu qatt rikors ghal Qorti b`fakolta` li tistharreg il-kaz tieghu mil-lati kollha taghha. Ma hemm xejn irregolari li ligi tipprovdi appell limitat ghal min jaghzel li jkollu l-kaz tieghu misthareg minn arbitru, pero`, persuna ma jistax jigi mcahhad li, f`xi stadju, il-kaz tieghu jigi kollu kemm hu misthareg minn Qorti indipendenti u imparzjali.

B`riferenza ghall-eccezzjoni li t-Tribunal ghal Talbiet Zghar ma jistax jaghmel referenza kostituzzjonali, din il-Qorti tara li biex wiehed jara jekk awtorita` hijiex “Qorti” jew le, ghandu jhares mhux lejn l-isem ta` dik l-awtorita`, izda lejn il-funzjoni ta` dik l-awtorita`. Gie deciz minn din il-Qorti li t-Tribunal ghal Talbiet Zghar ghandu funzjoni gudizzjari u jaghti garanziji xierqa ghal smigh gust fid-determinazzjoni ta` kwistjonijiet ta` natura civili.

Dan it-Tribunal ghandu funzjoni li jiddetermina kwistjonijiet ta` natura civili, huwa mwaqqaf bil-ligi, u huwa presedut minn gudikatur li ghandu terminu fiss mhux rinovabbli. La darba, ai fini tal-artikolu 6(1) tal-KonvenzjoniEwropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, gie deciz li dak it-Tribunal huwa “Qorti”, marbut b`obbliguli jaghti smigh xieraq lill-partijiet li jidhru quddiemu, ghandu jitqies “Qorti” li ghandu kompetenza jaghmel tali riferenza.

La darba biex l-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni jaghmel sens, irid ikun hemm “Qorti” li tiggudika fuq id-drittijiet civili tac-cittadin, u la darba dan it-Tribunal jissodisfa l-kriterji ta` “an independent and impartial Tribunal established by law”, allura m`hemm xejnxi jzomm lil dan it-Tribunal, li ghandu funzjoni ta` Qorti, milli jaghmel tali riferenza.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddisponi mir-riferenza billi tiddikjara li l-Avviz 279 tal-2005 m`huwiex vinkolanti u ma jorbotx lill-imsemmi Tribunal ghal Talbiet Zghar. L-ispejjez ta` din id-decizjoni jithallsu mill-kjamat fil-kawza, l-Avukat Generali tar-Repubblika, filwaqt li l-istess Qorti ordnat li l-atti tal-kawza jintbaghtu lura lit-Tribunal ghal-Talbiet Zghar sabiex din tkompli tisma` u tiddetermina l-kaz skond il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info