Referenza: 57/2006

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/07/2007
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BUGEJA VIANI PHILIP vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 13 TAL-KONVENZJONI EWROPEJA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 29 (4) TAL-ATT DWAR GIEH IR-REPUBBLIKA - ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI EWROPEJA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - JUDICIAL REVIEW - KUMITAT TAL-PRIVILEGG TAN-NOBBILTA TA MALTA
Fil-Qosor
Ir-rikorrent ressaq talba lill-Kumitat tal-Privileggi tan-Nobbilita` ta` Malta sabiex huwa jigi rikonoxxut bhala s-successur ta` ommu fit-titolu nobbiljari ta` Baruni ta` Tabrija. Din it-talba giet michuda, u r-rikorrent xtaq jitlob li din id-decizjoni tkun soggetta ghal stharrig gudizzjarju, izdaqed jissottometti li hu prekluz milli jaghmel dan minhabba legislazzjoni Maltija, u senjament l-artikolu 29(4) tal-Att dwar Gieh ir-Repubblika (Kap. 251 tal-Ligijiet ta` Malta). Hu qed jallega li danjikkostitwixxi vjolazzjoni tad-drittijiet fondamentali tieghu garantiti bl-artikolu 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea (Kap. 319 tal-Ligijiet ta` Malta), u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll.

L-Attdwar Gieh ir-Repubblika ma kellux l-iskop li jikkancella dawk it-titoli ta` nobbilita`, izda biss biex jnehhi kull rikonoxximent ufficcjali tal-istess titoli. Ma hemm xejn xi jzomm persuna li tkomplituza it-titoli ta` nobbilita` li dgawdi f`ambjenti socjali, kulturali u ohrajn li m`humiex ufficcjali, fis-sens ta` organizzati jew sponsorjati minn xi organu tal-istat. La darba hu hekk, ma hemm xejn xi jzomm membri li jippossjedu titoli ta` nobbilta` li joholqu Kumitat biex jirregola s-successjoni ta` dawk it-titoli. Mhux projbit li grupp ta` nies b`ghan simili joholqu ghaqda jew kumitat biexjirregola dan l-ghan taghhom, u sakemm l-iskop ta` dik l-ghaqda ma jkunx kontra l-ligi, l-ordni pubbliku jew l-morali, m`hemm xejn kontra l-holqien ta` dik l-ghaqda.

F`dan il-kaz, il-kumitat tal-Privileggi tan-Nobbilita` ta` Malta ma jidhirx li qed imur kontra l-ligi jew l-ordni pubbliku. Hiligi li t-titoli ta` nobbilita` ma humiex legalment jew ufficcjalment rikonoxxuti, pero`, ma hemm xejn hazin li dawk li jippretendu li ghandhom xi titolu ta` nobbilita` li, anke fil-limiti tal-interessi taghhom, jirregolaw min ghandu jedd igorr titolu partikolari flok haddiehor. Darba, pero`, li jaghmlu dan, il-kumitat ta` dik l-ghaqda ghandha obbligu mhux biss li tagixxi fit-terminu u skond l-istatut tal-ghaqda, izda li ssegwi l-principji ta` gustizzja naturali fid-deliberazzjoni taghha.

Fil-fehma ta` din il-Qorti, kull membru ta` ghaqda li jkollha struttura u statut formali ghandu dritt li jkun trattat “fairly” mill-istess ghaqda, u dan ifisser li, fil-konfront tieghu, ghandhom jigu segwiti l-principji ta` gustizzja naturali. Jekk membru jallega li dan ma garax, ghandu dritt ghar-rikors lil dawn il-Qrati, biex dawn, minghajr ma jindahlu fl-affarijiet privati ta` dik l-ghaqda,jaraw li l-affarijiet isiru “fairly”.

Il-gurisdizzjoni tal-Qrati ordinarji ta` “review” mhuxlimitat ghall-agir tal-amministrazzjoni ufficcjali, izda hija intiza wkoll biex tara li l-kuntrattili jsiru bejn il-partijiet jigu ezegwiti in bona fede u “fairly”. Jekk grupp ta` nies joholqu ghaqda b`regoli appoziti u b`kumitat li jahseb biex jirregola min jista` jifforma parti minn dik l-ghaqdau min le, dawn il-Qrati ghandhom funzjoni li jaraw li dawk ir-regoli jigu rispettati u li l-kumitathekk maghluq jagixxi b`mod “fair”, u partikolarment li jsegwi l-principji ta` gustizzja naturali.Meta Qorti tkun hekk qed tagixxi, tkun qed tezercita l-funzjoni taghha li tara li l-kuntratti jigu ezegwiti b`mod ekwu u ghal dak li jipprovdu (art. 993 tal-Kodici Civili) u bl-ebda mod ma tkun qed “tirrikonoxxi” ufficcjalment l-istatus tal-membru ta` dik l-ghaqda. L-iskop ta` “judicial review” mhux dak biex il-Qorti taghti xi timbru ta` ufficcjalita` ghad-decizjoni impunjata, izda biex tara li,biex ittiehdet dik id-decizjoni, gew segwiti regoli ta` principji naturali inerenti f`kull process.Jekk decizjoni hijiex ta` natura ufficcjali, amministrattiva jew le, jiddependi mill-organu li jaghtiha u mil-ligijiet tal-pajjiz, pero`, hi x`inhi n-natura ta` dak id-decizjoni, kull persuna li ghandha interess ghandha dritt tesigi li l-process ikun wiehed “fair”. Biex ikun hemm “judicial review”min jezercita l-azzjoni, irid juri interess guridiku fil-prosegwiment ta' dik il-kawza, liema interess irid ikun jezisti fil-bidu tal-kawza u jipperdura tul is-smiegh tal-kawza.

F'dan il-kuntest, l-interess irid ikun guridiku fis-sens li dan l-interess irid ikun rikonoxxut bil-ligi u l-azzjoni trid tkun preordinata ghal l-otteniment ta' rimedju protett bil-ligi. Minhabba dan ir-rikwezit,gie deciz li rimedji li jwasslu biss ghall-otteniment ta' semplici dikjarazzjoni mhux permissibli.

F`dan il-kaz, il-procedura ta` “review” li tista` tigi intentata mir-rikorrent, tista` twassal ghar-revindikazzjoni tat-titolu ta` nobbilita` pretiz minnu, li ghad li jista` ma jkollux effettpatrimonjali, jkollu zgur kontenut morali, imqarr fost il-membri l-ohra tal-ghaqda. Meta tkun qedtaghmel ezami ta` din ix-xorta, il-Qorti ma tkunx qed jinteressha fid-decizjoni ut sic, u lanqas ghandha tindahal fl-apprezzament li l-ghaqda tkun ghamlet biex waslet ghal dik id-decizjoni, imma l-interess taghha hu biss biex tara li dak li jkun jigi trattat “fairly” minn shabu tal-ghaqda. Kull cittadin ghandu dritt ghal dan il-minimu ta` protezzjoni mill-organu gudizzjarju, jigifieri biex jara li r-regoli tal-istatut tal-ghaqda li jifforma parti fiha jigu segwiti u li, f`kull kaz, ma jigu qattinjorati l-principji ta` gustizzja naturali.

Din il-Qorti mhux qed tghid li titolu pretiz mir-rikorrent hu xi “possediment” li jimmerita protezzjoni. Li qed tghid hu li d-dritt li jigi trattat “fairly” huwa dritt civili li ebda Qorti ma tista` ccahdu minnha. Id-dritt protett mhux it-titoluta` nobbilita` in kwistjoni, izda d-dritt ta` “review” gudizzjarju tal-process li bih hu gie mcahhadmilli jigi rikonoxxut, ancorche` mhux ufficcjalment, izda fost strati tas-socjeta` Maltija, bhala l-Baruni ta` Tabrija.

L-istat Malti ha decizjoni politika li Malta tkun Repubblika, u kwindi,titoli ta` nobbilita` (li huma derivanti minn monarkija) ma jkunux rikonoxxuti ufficcjalment f`Malta. Ir-rikorrent ma jistax, allura, jippretendi xi haga li l-istat, bhala principju, ma jirrikonoxxix. Ir-rikorrenti ma jistax jippretendi bhala dritt civili, dak li l-ligi ma taghtihx

Titolu ta` Nobbilita` ut sic ma jistax jitqies bhala “possediment” ghall-fini tal-Konvenzjoni Ewropea. Wiehed ma jridx jinsa li l-Gvern, bl-Att dwar Gieh ir-Repubblika, la nehha dawk it-titoli u, aktar importanti, lanqas ma zvesta lill-pretiz nobbli mill-proprjeta` annessa ma` dak it-titolu (artikolu 28(2)tal-Kap. 251).

Il-Qorti Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawza “Pilar de la CiervaOsorio de Moscoso et vs Spain”, deciza fit-28 ta` Ottubru, 1999, kienet osservat b`mod car li “a nobility title cannot, as such, be regarded as amounting to a ‘possession' within the meaning of that provision”, cioe`, l-ewwel artikolu tal-ewwel protocol tal-Konvenzjoni.

Press li din il-Qortitara li r-rikorrenti mill-bidunett kellu “a right to a court” ghall-istharrig gudizzjarju tad-decizjoni moghtija fil-konfront tieghu mill-Kumitat tal-Privileggi tan-Nobbilita` ta` Malta, ma tistax tilqa' t-talba tar-rikorrenti li hu qed jigi mcahhad mid-dritt ta` rikors ghall-Qrati. Sa fejn jista`jippretendi aktar minn hekk, ir-rikorrent mhux intitolat ghalihom. Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talbiet tar-rikorrent, bl-ispejjez kontra tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni