Reference: 37/2006

Judgement Details


Date
31/01/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GALEA EMANUEL vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DRITT FUNDAMENTALI LI PERSUNA TGAWDI HWEJJIGHA BIL KWIET U BLA XKIEL - QORTI KOSTITUZZJONALI - RIMEDJU GUDIZZJARJU
Summary
Din hija kawza dwar allegat ksur tal-jedd fundamentali li persuna tgawdi hwejjigha bil-kwiet u bla xkiel. Ir-rikorrent kien sid ta' mini bus li kien fi hsiebu jahdem bih biex igorr in-nies. Minhabbakwestjoni dwar l-ghadd ta' postijiet li l-mini bus kien jakkomoda, il-Pulizija talbet lir-rikorrentirodd lura l-pjanci tar-registrazzjoni tal-vettura u kif ukoll il-log book taghha. Sakemm l-istessrikorrent ghadda minn proceduri kriminali dwaru, il-mini bus inzamm mill-Pulizija. Meta ntemmu l-imsemmija proceduri, il-vettura nhelset izda r-rikorrent ma riedx johodha lura qabel ma tinghatalu wkoll il-licenza biex ikun jista' jahdem biha. Ir-rikorrent baqa' ma regax ha lura l-vettura. Issa qieghed jitlob il-kumpens ghat-telf ta' dhul minhabba li ma setax jinqeda bi hwejgu u wkoll ghaliex jghid li l-Pulizija mxiet mieghu mod iehor minn kif imxiet ma' haddiehor fuq vetturi bhalha.

Huwa mehtieg mil-ligi nnifisha illi biex il-Qorti taghzel li tirrifjuta li tezercita s-setghat taghhabiex tistharreg ilment dwar ksur ta' jedd fundamentali trid tkun sodisfatta li min iressaq ilment “kostituzzjonali” quddiemha ghandu jew kellu mezzi xierqa ghal rimedju favurih dwar dak l-allegat ksur skond xi ligi ordinarja ohra. Wara li tara li tali rimedju kien disponibbli, l-Qorti tkun trid xorta wahda tqis li jkun desiderabbli li ma tezercitax dawk is-setghat.

L-ezistenza ta' rimedju iehor lill-parti li tressaq azzjoni ta' allegat ksur ta' jedd fondamentali taht il-Kostituzzjonijew taht il-Konvenzjoni ghandha tirrizulta lill-Qorti bhala stat ta' fatt attwali u oggettiv, u d-diskrezzjoni li tista' twettaq il-Qorti biex ma tezercitax is-setghat taghha “jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel” minhabba l-ezistenza ta' rimedju iehor hija decizjoni fuq tali stat ta' fatt. F'kaz li ma jirrizultax li kien hemm rimedju iehor xieraq, il-Qorti trid tiehu konjizzjoni tal-ilment, u f'kaz li kien hemm rimedju iehor, il-Qorti jibqaghlha s-setgha li tiddeciedi li xorta wahdama ccediex l-ezercizzju tas-setgha taghha.

Filwaqt li ma jithallewx isiru kawzi kostituzzjonali bla bzonn, min-naha l-ohra ma jigrix li, minhabba thaddim “liberali” tad-diskrezzjoni, persuna tinzamm milli tmexxi ‘l quddiem azzjoni bhal din meta jkun jidher li l-kaz huwa wiehed serju li jimplika t-telf jew tnaqqir ta' jedd fondamentali ghal dik il-persuna. Din id-diskrezzjoni ghandha dejjemtigi wzata fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja biex, min-naha l-wahda, il-Qrati ta'indoli kostituzzjonali ma jsibux ma' wicchom kawzi li messhom jew setghu tressqu quddiem Qrati ohrajn kompetenti jew li dwarhom messhom jew setghu jitfitxxu rimedji ohrajn effettivi, u biex, min-nahal-ohra, persuna ma tigix imcahhda mir-rimedji li ghandha jedd tfittex taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta.

Meta jinghad li jkun hemm rimedju iehor xieraq, dejjem ikun qieghed jitfisser li tali rimedju jrid jitqies fid-dawl tal-ksur tal-jedd fondamentali li jkun qed jigi allegat li nkiser jew li jkun mhedded li sejjer jinkiser: ghandu jkun rimedju accessibbli,xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta' ksur lamentat. M'hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhala effettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se' jaghti lir-rikorrent successgarantit, bizzejjed li jintwera li jkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci.

Madankollu, l-ezistenza ta' rimedju iehor trid titqies fiz-zmien tal-allegat ksur tal-jedd fondamentali li dwaru jitressaq l-ilment, u mhux fiz-zmien li jkun tressaq l-ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali. M'huwiex moghti lil persuna l-beneficcju li l-ewwel thalli jghaddi ghalxejniz-zmien li fih setghet tiehu r-rimedju ghall-ksur tal-jedd taghha, u mbaghad tressaq ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali dwar l-istess ksur bhallikieku l-procedura kostituzzjonali jew konvenzjonali kienet xi rimedju in extremis li wiehed jista' jirrikorri ghalih biex isewwi zball jew nuqqas li ma messux twettaq qabel.

F'ghadd ta' sentenzi moghtijin mill-Qorti Kostituzzjonali, gew stabiliti principji li ghandhom jigu segwiti minn Qorti biex tqis jekk huwiex minnu li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu rimedju alternattiv effettiv. Fost dawn il-principji wiehed isibli (a) meta jidher car li jezistu mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandu jirrikorri ghal tali mezzi qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali, u huwa biss wara li jkun fittex dawk il-mezzi jew wara li jidher li dawk il-mezzi majkunux effettivament disponibbli li ghandu jintuza r-rimedju kostituzzjonali; (b) li d-diskrezzjonili tuza l-Qorti biex tqis jekk ghandhiex twettaq is-setghat taghha li tisma' kawza ta' natura kostituzzjonali ghandha torbot, sakemm ma tingiebx xi raguni serja u gravi ta' illegalita', ingustizzja jew zball manifest fl-uzu taghha; (c) m'hemm l-ebda kriterju stabilit minn qabel dwar l-uzu tal-imsemmija diskrezzjoni, billi kull kaz jehtieg jigi mistharreg fuq ic-cirkostanzi tieghu; (d) in-nuqqaswahdu ta' tehid ta' mezzi ordinarji mir-rikorrent m'huwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali taqtaghha li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kinux tajbin biex jaghtu rimedju shih lir-rikorrent ghall-ilment tieghu; (e) in-nuqqas ta' tehid ta' rimedju ordinarju - ukoll jekk sata' kien ghal kollox effettiv biex jindirizza l-ilmenttar-rikorrent - minhabba l-imgiba ta' haddiehor m'ghandux ikun raguni biex il-Qorti twarrab is-setghat taghha li tisma' l-ilment kostituzzjonali tar-rikorrent; (f) l-ezercizzju minn Qorti (tal-ewwelgrad) tad-diskrezzjoni taghha bla ma tistharreg il-materja necessarja li fuqha tali diskrezzjoni ghandha titwettaq, jaghti lil Qorti tat-tieni grad is-setgha li twarrab dik id-diskrezzjoni; u (g) metar-rimedju jaqa' fil-kompetenza ta' organu iehor jew meta s-smigh tal-ilment tar-rikorrent se' jwassal biex l-indagni gudizzjarja u l-process l-iehor tas-smigh tar-rimedju ordinarju jkunu duplikazzjoni ta' xulxin, il-Qorti kostituzzjonali ghandha ttendi lejn ir-rifjut li tuza s-setghat taghha kostituzzjonali, sakemm l-indagni gudizzjarja tal-kaz ma tkunx, min-natura taghha, ixxaqleb izjed lejn kwestjoni kostituzzjonali.

Id-diskrezzjoni li l-Qorti taghzel li tiehu jekk twettaqx jew le s-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' kawza ghandha tigi ezercitata bi prudenza, b'mod li fejn jidher li hemm jew sejjer ikun hemm ksur serju ta' drittijiet fondamentali, l-Qorti xxaqleb lejn it-twettiq ta' dawk is-setghat. Irid dejjem jitqies li din id-diskrezzjoni ghandha tigi wzata fl-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja u tohloq bilanc biex, mill-banda l-wahda, twaqqaf lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali, u mil-banda l-ohra zzomm milli jigi mahluq xkiel bla bzonn lil min genwinament ifittex rimedju kostituzzjonali.

Din il-Qorti tghid li ma ssemmiex x'kien tassew ir-rimedju effettiv li r-rikorrent seta' jiehu fiz-zmien rilevanti kontra l-intimat u jidhrilha lim'huwiex mixtieq li l-kwestjoni mqanqla mir-rikorrent tithalla minghajr l-istharrig tal-ilment fil-qofol tieghu (jigifieri kemm tal-ezistenza tal-ksur tal-jedd lamentat u kif ukoll tac-cirkostanzi liwasslu biex ir-rikorrent jibda dawn il-proceduri wara tant snin). Ghaldaqstant din il-Qorti tqis lihija ghandha tezercita s-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' u tistharreg din il-kawza fil-mertu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info