Reference: 904/2005/1

Judgement Details


Date
10/01/2007
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
J & E GRISCTI LIMITED vs SANT JESMOND ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLAMENT TA` ATT IMWETTAQ MINGHAJR IL-KUNSENS MEHTIEG - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, ATTI NORMALI TA` GESTJONI TA` KUMMERC, NEGOZJU JEW PROFESSJONI - KOMUNJONI TA` L-AKKWISTI, DJUN TA` - KUNTRATT, NULLITA` TISTA` TIGI SOLLEVATA PER VIA DI AZIONE KIF UKOLL PER VIA DI ECCEZIONE IZDA ANNULABILITA` TISTA` BISS TIGI SOLLEVATA PER VIA DI AZIONE
Summary
Ordinarjament, a norma ta' l-Artikolu 1322 (2) (g), il-Kodici Civili taghna iqis "l-akkwist ta' proprjeta` mobbli . li l-prezz tieghu ma jithallasx mal-konsenja jew qabel", kif hekk apparentement jidher li huma l-akkwisti tal-merce f' dan il-kaz, bhala att ta' amministrazzjoni straordinarju u, konsegwentement, tali att, kif ukoll il-jedd li wiehed iharrek jew jigi mharrek dwaru, imiss liz-zewg mizzewgin flimkien.

Dan jibqa' hekk il-kaz sakemm dak l-att ma jkunx ukoll wiehed li jitqies ri-entranti fl-"atti normali ta' gestjoni ta' kummerc, negozju jew professjoni" ghal liema jirreferil-Artikolu 1324 tal-Kodici Civili. Artikolu dan li, kif drabi ohra mfisser, "ma japplikax ghal kullatt tal-kummerc kif definit mill-Kodici tal-Kummerc izda kien japplika biss fil-kaz ta' persuna litkun qed tizercita kummerc, negozju jew professjoni bhala attivita` ekonomika u li fiha l-kuntrattazzjoni taht ezami setghet tinkwadra ruhha bhala att normali tal-gestjoni taghha".

L-iskop ta'l-Artikolu 1324 hu ntiz biex, fil-konfront tat-terz, il-komunjoni tintrabat anke meta att straordinarju jsir minn konsort wiehed biss, basta li jkun att 'normali' ta' gestjoni ta' kummerc.

Ghalkjarezza, qed jigi rilevat illi hemm atti li jirrikjedu l-intervent taz-zewg konjugi [Artikolu 1322(2)] u hemm ukoll atti li wiehed mill-konjugi jista' jgib fis-sehh uti singuli [Artikolu 1324 jew l-Artikolu 1327 (c)]. F' dawn l-istanzi t-terz kreditur huwa legittimat li jissodisfa l-kreditu tieghu fuq il-beni tal-komunjoni. Dan ghar-raguni illi dawk l-atti jinciedu fuq ic-cespiti li jifformawparti mill-patrimonju tal-komunjoni. Naturalment, u skond il-ligi, l-istess terz kreditur huwa ulterjorment tutelat billi in subordine idur fuq il-beni personali ta' dak biss fost il-konjugi li ghamel in-negozju u ndahal ghar-responsabilita` kontrattwali diretta. Jigi allura illi r-ragel jirrispondi ghad-dejn de quo mhux biss bis-sehem tieghu mill-komunjoni imma anke bil-beni tieghu proprji, mentri l-mara hija biss responsabbli sal-konkorrenza ta' sehemha mill-komunjoni ta' l-akkwisti. Dan hu bil-wisq car mill-kontenut tan-norma fl-Artikolu 1330 tal-Kodici Civili;

Biex att jigi mhassar u mwaqqa' ghal xi raguni li ssemmi l-ligi dik l-annullabilita` trid per forza tkun dedotta b' azzjoni u mhux permezz tar-risposta jew ta' eccezzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info