Referenza: 613/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/11/2006
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
MUSCAT MARIA ET vs DINGLI BENNY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOL TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 181 B TAL-KODICI TAL-PROCEDURA - ARTIKOLU 9 (B) TAL-KAP 69 - DRITT TAT-TGAWDIJA TAL-POSSEDIMENTI PERSONALI - INTRESS PUBBLIKU U GENERALI - L-AVUKAT GENERALI - LEGITTIMI KONTRADITTURI - RAPPREZENTANT TAL-GVERN
Fil-Qosor
Ix-xoghol ta' din il-Qorti huwa biss dak li tistharreg jekk hux minnu li l-jedd tar-rikorrenti ghat-tgawdija ta' hwejjigha nkiser minhabba s-sentenza moghtija mill-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) fiFrar tal-1997.

Il-Qorti tqis li l-kwestjoni ta' min ghandu jwiegeb ghal xilja ta' ksur ta'jedd fondamentali tintrabat sewwa mal-ghamla tal-ksur li jkun u wkoll mal-ghamla ta' rimedju li jista' jinghata. llum il-gurnata jingharfu kategoriji differenti ta' persuni li jistghu jitqiesu bhala legittimi kuntraditturi f'azzjonijiet kostituzzjonali. Dawn jinqasmu fi tliet kategoriji, jigifieri (a) dawk li jridu jwiegbu direttament jew indirettament ghall-ghamil li jikser id-dritt fundamentalita' persuna, (b) dawk li jridu jaghmlu tajjeb (billi jipprovdu r-rimedju xieraq) ghan-nuqqasijiet jew l-eghmejjel li bihom haddiehor jikser xi jedd fundamentali ta' xihadd, u (c) dawk il-partijiet kollha li jkunu f'kawza meta kwestjoni ta' xejra kostituzzjonali jew konvenzjonali tqum waqt is-smigh ta' xi kawza f'qorti. Ma' dawn, u dejjem jekk ikollhom interess fil-kawza, jistghu jiddahhlu persuniohrajn bil-ghan li jaghmlu shih il-gudizzju u jaghmluh rapprezentattiv ta' kull interess involut fil-kwestjoni.

Meta l-ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali jirrigwarda l-operat ta' Qorti, il-fehma hija li l-kontradittur legittimu jkun l-Avukat Generali. Dan jinghad ghaliex, jekk wiehed jaqra l-kliem tal-artikolu 181B tal-Kodici tal-Procedura - liema artikolu ma johloq l-ebda distinzjoni bejn kawzi dwar ksur ta' jeddijiet fundamentali u kawzi ta' xort'ohra - ghandu jsib li fejn il-kawza ma tkunx tista' ssir kontra xi wiehed mill-kapijiet tad-dipartiment governattiv fil-kazijiet mahsuba fl-ewwel sub-artikolu, allura l-Gvern huwa rapprezentat mill-Avukat Generali.

Meta Qortitaghti sentenza, hija ma “tihux” proprjeta' ta' xi hadd u lanqas “taghti” dik il-proprjeta' lil haddiehor, fis-sens li xi awtorita' pubblika tiehu dik il-proprjeta' biex tiddisponi minnha hi fl-interess pubbliku. Kulma taghmel Qorti f'sentenza li hija taghti huwa li tiddetermina, dwar xi gid partikolari, il-jeddijiet tar-rispettivi kontendenti dwar dak il-gid, skond il-ligijiet applikabbli ghall-kaz. Li wiehed jghid li, ghaliex il-Qorti, f'xi kaz partikolari, tkun applikat il-ligi t-tajba b'mod li xi wahda mill-partijiet tispicca ma tihux dak il-gid f'idejha, ma jista' qatt jitfisser bhala l-ksur tal-jedd ta' dik il-persuna ghat-tgawdija ta' hwejjigha.

L-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni jipprovdi li kull persuna ghandha dritt ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti taghha. Hadd m'ghandu jigi pprivat mill-possedimenti tieghu hlief fl-interess pubbliku u bla hsara tal-kundizzjonijiet provduti mil-ligi u bil-principji generali tal-ligi internazzjonali. Izda d-dispozizzjonijiet ta' qabel ma ghandhom b'ebda mod inaqqsu d-dritt ta' Stat li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhrulu xierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta' skond l-interess generali, jew biex jizgural-hlas ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet ohra jew pieni.

L-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll fihtliet regoli. L-ewwel regola tistabilixxi d-dritt li kull persuna (kemm fizika u kif ukoll morali)tgawdi hwejjigha bil-kwiet. It-tieni regola trid li biex persuna ma tithalliex tgawdi hwejjigha bil-kwiet irid ikun hemm interess pubbliku u bla hsara ta' kundizzjonijiet mahsuba fil-ligi u l-principji generali ta' dritt internazzjonali. It-tielet regola trid li l-ewwel zewg regoli ma jnaqqsux il-jedd tal-Istat li jwettaq ligijiet li jkunu xierqa biex (a) jikkontrolla l-uzu tal-gid skond l-interess generali, jew (b) biex jizgura l-hlas ta' taxxi, kontribuzzjonijiet jew pieni. B'mod partikolari, fil-harsien tal-jedd imsemmi f'dak l-artikolu irid jintwera li jkun inzamm u thares bilanc xieraq bejn l-interessi tal-komunita' u dawk tal-individwu li gidu jkun intlaqat mill-ghamil tal-Istat (f'dan il-kaz, l-esproprjazzjoni).

L-imsemmija tliet regoli tal-artikolu 1 huma msenslin wahda mal-ohra u ghandhom jinftehmu b'qari ma' xulxin. Ghalhekk, filwaqt li l-ligijiet li jaghtu s-setgha lill-Istat li jiehu gid f'idejh ghal ghanijiet pubblici huma meqjusa bhala mehtiega f'socjeta' demokratika, dawn ma jaghtux jedd assolut jew insindakabbli lill-Istat, ghaliex tali jedd ghandu jitqies bhala eccezzjoni jew limitazzjoni ghall-jedd tal-individwu li jgawdi hwejgu u gidu bil-kwiet, u ghalhekk l-Istat irid juri kif imiss li l-jedd tieghu wettqu bil-qies u fil-parametri permessi mil-ligi.

Dan l-artikolu jirreferi ghall-interess pubbliku jew generali, u mhux ghas-skop pubbliku, u huwa dan il-kriterju tal-interess li huwa l-qofol u jholl u jorbot jekk ghamil jiksirx dak l-artikolu konvenzjonali. Il-kejl biex jitqies jekk tali interess pubbliku jew generali jinstabx huwa dakli jqis jekk f'ghamil partikolari johrogx il-“fair balance ... between the demands of the general interest of the community and the requirements of the protection of the individual's fundamental rights. The search for this balance is inherent in the whole of the Convention and is also reflected inthe structure of Article 1”.

Biex indhil fit-tgawdija tal-gid ta' persuna jkun gustifikat fl-interess generali, irid jintwera li hemm utilita' konkreta ghal dak l-indhil, u mhux semplici ipotesi ta' bzonn jew aspirazzjoni. Minbarra dan, l-interess generali jew pubbliku ghandu jibqa' jsehh ghaz-zmien kollu tal-indhil fit-tgawdija tal-gid tal-persuna. Is-setgha tal-Istat li jindahal biex b'ligi jikkontrolla l-uzu tal-gid taht l-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll hija setgha wiesgha u diskrezzjonali. Dejjem jibqa' l-htiega li jintwera (mill-istess Stat) l-interess generali u l-bilanc xieraqbejn l-interessi tal-individwu u dak tal-komunita', imma l-ghadd ta' kontrolli dwar l-uzu li jistghujinholqu jinfirex f'bosta oqsma.

L-element ewlieni li fuqu jinbena l-artikolu 9(b) tal-Kap 69 m'huwiex il-fatt li l-kerrej ikollu dar jew post iehor fejn imur jghix jekk kemm-il darba s-sid jiehu lura l-post mikri. L-element ewlieni u li jrid jigi ippruvat kif imiss mis-sid huwa l-prova min-naha tieghu li huwa ghandu bzonn il-post mikri ghar-ragunijiet mahsuba mil-ligi. Il-fatt li l-inkwilin jista' jkollu post iehor disponibbli ghalih hija biss konsiderazzjoni li titqies ghall-kwestjonitat-tbatija fit-tkeccija tal-kerrej mill-post, imma hija konsiderazzjoni li wiehed jasal ghaliha biss jekk u meta s-sid isehhlu juri l-bzonn tassew u genwinament. Fil-kaz tar-rikorrenti, kien sewwasew dan l-element tal-htiega li tiehu l-post lura li ma ikkonvinciex lill-Qorti tal-Appell.

Din il-Qorti tiddikjara illi s-sentenza moghtija mill-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) fl-24 ta' Frar, 1997, ma kkostitwietx nuqqas ta' bilanc bejn l-interessi tar-rikorrenti, bhala sid il-post, u l-intimat Dingli, bhala l-kerrej, ladarba r-rikorrenti naqset milli twettaq obbligu probatorju li kienjiddependi minnha biss u qabel kollox. Ghalhekk, il-Qorti ma tistax issib li dik is-sentenza tassewgabet ksur tal-jedd fundamentali tar-rikorrenti ghat-tgawdija ta' hwejjigha.

Ghaldaqstant dinil-Qorti qeghda tiddikjara li l-intimat Onorevoli Prim Ministru ma kienx il-kontradittur legittimutal-azzjoni attrici u ghalhekk tehilsu milli jibqa' fil-kawza, filwaqt li tichad it-talba tar-rikorrenti fil-mertu, bl-ispejjez kontra r-rikorrenti, billi ma ntweriex li l-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) bis-sentenza taghha tal-24 ta' Frar, 1997, fil-kawza fl-ismijiet “Maria mart Michael Muscat et vs Benny Dingli” (Rik. Nru. 134B/90) kisret il-jedd spettanti lir-rikorrenti taht l-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni