Reference: 1201/1996/1

Judgement Details


Date
11/10/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
DEPASQUALE ANTON
Parties
OCEAN WAY COMPANY LIMITED ET vs SCHEMBRI GREZZJU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI; TITOLU TA - ZGUMBRAMENT
Summary
Hija gurisprudenza stabbilita taghna illi Qorti tat-tieni grad ma tiddisturbax l-apprezzament tal-provi maghmula minn Qorti tal-ewwel grad sakemm ma tirrizultax raguni serja sabiex taghmel dan.

Fil-kaz odjern hemm lok illi dina l-Qorti taghmel dak illi ma jirrizultax illi ghamlet l-ewwel Qorti, bl-iskop illi jigi determinat jekk mill-istess ricevuti jirrizultax pruvat illi l-konvenut ghandu titolu ta' lokazzjoni fuq l-art in kwistjoni.

Ma jirrizultax a sodisfazzjon ta' dina l-Onorabbli Qorti tal-Appell illi l-konvenut irnexxielu jipprova illi huwa ghandu favur tieghu titoluta' lokazzjoni fuq l-art in kwistjoni. Ir-raguni bazilari ghal din il-fehma hija illi l-art illitissemma f'dawn ir-ricevuti u illi ghaliha il-konvenut u missieru, Andrew Schembri, l-awtur tieghu,jidher illi kienu jhallsu xi qbiela ma hijiex dik meritu tal-kawza odjerna.

Mill-atti processwali ma jirrizultax illi - indipendentement mill-imsemmija ricevuti u mill-fatt illi gew prodottixhieda illi kienu jaraw lill-konvenut jahdem l-art in kwistjoni - l-konvenut irnexxielu jipprova illi huwa ghandu titolu ta' lokazzjoni fuq l-art meritu tal-kawza.

Din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tirrevoka s-sentenza appellata, billi tirrespingi l-eccezzjonijiet tal-konvenut u billi tilqa't-talba attrici b'dan illi, ghall-kjarezza u certezza, tiddikjara illi l-art illi minnha qed jigi ordnat l-izgumbrament tal-konvenut hija dik cirkondata bil-kulur arancio fil-pjanta illi tinsab a fol.52 tal-process u illi thejjiet mill-espert tekniku, l-Arkitett u Inginier Civili Joseph Ellul Vincenti, u b'dan ukoll illi ghall-fini tal-izgumbrament tipprefiggi t-terminu ta' tliet (3) xhur li jibda mill-gurnata ta' din id-decizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info