Reference: 95/2001/1

Judgement Details


Date
25/09/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs AGIUS THOMAS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PERIKLU, KUNCETT TA` - PERIKLU, TNEHHIJA TA`
Summary
L-ewwel ipotezi li jikkontempla l-artikolu 25 tal-Kap. 10 (Xogholijiet li jistghu igibu xkiel jew periklu fit-toroq) hi dik ta' min, minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, jibni jew jaghmel xi haga fit-toroq li tista' ggib xkiel jew perikolu jew inkomdu lill-pubbliku. It-tieni ipotezi, li hija separata w distinta mill-ewwel wahda, tkkontempla s-sitwazzjoni fejn persuna, wara li tigi mwissija mill-Pulizija, thalli bini jew opri ohra fi stat ta' tigrif jew ta' perikolu ghan-nies jew ghalhwejjeg haddiehor.

It-tieni ipotesi kontemplata fl-Artikolu 25 ma tirrikjedix li jkun hemm perikolu imminenti, izda semplicement titkellem dwar "perikolu". Il-kuncett ta' perikolu mhux suxxettibbli ghal gradazzjoni; wiehed ma jistax jitkellem dwar hafna perikolu, jew ftit perikolu, jew perikolu imminenti: jew hemm perikolu jew m'hemmx. Mill-banda l-ohra, anke bl-uzu tal-kelma "tigrif" hu evidenti li l-legislatur hawnhekk kien qed jikkontempla sitwazzjoni ta' perikolu attwali li jkun jehtieg l-intervent immedjat ta' xi hadd, okkorrendo wara rikjam da parti ta' l-awtorita` pubblika rappresentata mill-Pulizija. Il-fatt li bini (jew struttura ohra) jista', bit-trapass taz-zmien, isir perikoluz ma jfissirx li hemm perikolu attwali; wara kollox kull bini jiddeterjora maz-zmien, u l-process ta' deterjorazzjoni jista' jkun wiehed mghaggel jekk jikkonkorru certi cirkostanzi, bhal nuqqas ta' manutenzjoni jew xoghol maghmul hazin, pero` wiehed ma jistax jitkellem dwar perikolu ghall-finital-Artikolu 25 meta tali perikolu huwa definittivament fil-futur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info