Reference: 1321/1996/1

Judgement Details


Date
20/03/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
CEFAI RENATO DR. vs VALLETTA FREIGHT SERVICES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
GURISDIZZJONI, TRIBUNAL ESTERU - IMGHAX, IMPOST UFFICIO IUDICIS - IMGHAX, IN ECCESS TA` TMIENJA FIL-MIJA - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA THEDDID - KUNTRATT, GHAZLA TA` LIGI - ORDNI PUBBLIKU
Summary
Fin-negozjati li jwasslu ghal kull ftehim parti taghmel l-offerta taghha, u l-parti l-ohra jew tilqa' l-offerta jew taghmel kontro-proposta. L-ewwel parti tista' mbaghad jew taccetta l-kontro-proposta jew tibqa' tinsisti fuq il-pattijiet tal-proposta originali taghha. Jekk iz-zewg partijiet jibqghu jinsistu fuq il-verzjoni taghhom ta' kif ghandu jkun il-ftehim, jaslu fi stadju fejn jew ikollhomjammettu li ma jistghux jilhqu ftehim, u kuntratt ma jsehhx, jew xi wahda minnhom tqis li aktar jaqblilha li taghmel kuntratt fuq il-pattijiet proposti mill-parti l-ohra milli ma taghmel kuntratt xejn.

Hawnhekk l-attrici wriet li ma riditx taghmel kuntratt jekk mhux fuq il-pattijiet propostiminnha; ma kellha ebda obbligazzjoni li taccetta l-kondizzjonijiet li riedet il-konvenuta, u kienetlesta li ma taghmel ebda kuntratt jekk ma jkunux accettati l-proposti taghha; lill-konvenuta dehrilha, fl-ahhar mill-ahhar, li ahjar taccetta l-offerta ta' l-attrici milli titlef ir-relazzjoni ta' negozju li kellha ma' l-attrici; ghaliha kien jiswa izjed li taghmel il-kuntratt milli tkompli tinsisti fuq il-proposta taghha. Id-decizjoni tal-konvenuta ma kienet milquta b'ebda vizzju tal-kunsens;kienet decizjoni maghmula wara apprezzament realistiku tas-sitwazzjoni, u jekk lill-konvenuta dehrilha li ma setghetx tghaddi minghajr il-kuntratt ma' l-attrici dan ma kien jitfa' ebda obbligazzjonifuq l-attrici li bilfors taccetta l-kondizzjonijiet tal-konvenuta.

L-ghazla ta' ligi tkunta' dik li maghha l-kuntratt ghandu l-akbar rabta - dik li tissejjah the proper law of the contract- meta l-kuntratt ikun sieket dwar l-ghazla tal-ligi; meta l-partijiet ikunu ghamlu l-ghazla taghhom, u fil-ligi maghzula ma jkun hemm xejn kontra l-ordni pubbliku tal-proper law, l-ghazla tal-partijiet tkun imharsa, ghax il-kuntratti maghmula skond il-ligi ghandhom sahha ta' ligi ghal dawk li jkunu ghamluhom.

Il-fatt li taht il-ligi maghzula mill-partijiet tribunal esteru seta' jordna lijithallsu mghaxijiet oghla minn dawk li jinghataw taht il-ligi ta' Malta ma hux bi ksur ta' l-ordnipubbliku ta' Malta, mhux biss ghax il-ligi ta' Malta tippermetti eccezzjonijiet fejn jistghu jinghataw imghaxijiet oghla minn tmienja fil-mija izda wkoll ghax l-imghaxijiet oghla ma kinux imposti bhala uzura izda officio iudicis.

L-argumenti favur il-validita' tal-patt ta' ghazla ta' ligi jghoddu wkoll ghall-patt dwar gurisdizzjoni. Jista' jkun illi kieku l-kawza nbdiet f'Malta l-qrati ta'Malta kienu jaccettaw gurisdizzjoni biex jisimghu u jaqtghu dwar xi partijiet mill-meritu tal-kontroversja bejn il-partijiet; dan izda ma jfissirx li t-tribunal maghzul mill-partijiet ma jkollux gurisdizzjoni jekk il-kawza tkun inbdiet quddiemu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info