Reference: 9/1996

Judgement Details


Date
08/06/2006
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID, MICALLEF JOSEPH R.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs CHARLES STEVEN MUSCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AGITAZZJONI TAL MOHH - ARTIKOLU 637 TAL KAP 9 - ARTIKOLU 656 TAL KAP 9 - INTOSSIKAZZJONI - OMICIDJU VOLONTARJU SKUZAT - PERITI NOMINATI - XHIEDA
Summary
Il-fatt illi l-ewwel Qorti qrat xi deposizzjonijiet li kienu taw xi xhieda fl-istruttorja sabiex jghidu jekk humiex jikkonfermawhom jew le, ghalkemm strettament mhux essenzjali galadarba waqt ix-xiehda taghhom viva voce x-xhieda koncernati b'mod generali ma kinux ikkontradicew dak li kienu qalu fl-Istruttorja ma jistax jitqies bhala irregolarita`.

L-Imhallef huwa fid-dover li jirrileva dawkil-punti mill-fatti li huwa jikkunsidra necessarji u indispensabbli biex il-gurati jkunu jistghu jaslu ghall-konkluzjoni taghhom, u li jirrelevahom bl-ahjar mod possibbli u car, kif jifhem hu, b'danpero` illi jaghmilha cara lill-gurati illi huma dejjem liberi illi ma jaqblux mal-mod kif ikun qieghed jindirizzahom ghal dak li huwa apprezzament ta' fatt. Bhalma huwa fid-dover ukoll li jispjega l-linji difensjonali.

Irid jigi notat ukoll illi skond l-artikolu 656 tal-Kap. 9: “Min ghandu jiddeciedi mhux marbut li joqghod ghall-fehma tal-periti kontra l-perswazjoni tieghu.” L-ewwel Qorti kienet korretta meta qalet illi f'dan il-kaz din ir-regola kienet tassumi importanza partikolari peress illi certi linji difensjonali kienu jiddependu minn jekk il-gurati jaccettawx jew le, b'mod partikolari, il-konkluzjonijiet tal-perit. Jigifieri l-Qorti kienet qed taghmel il-posizzjoni fil-ligi cara lill-gurati, filwaqt li spjegatilhom li “kontra l-perswazjoni” taghhom ma kienx ifisser “kontra l-kapricc ta' mohhkom” izda ghal raguni valida legalment.

L-agitazzjoni tal-mohh ma tfissirx necessarjament li ma hemmx intenzjoni. Addirittura l-ligi stess tikkontempla reat bhar-reat ta' omicidju volontarju skuzat bl-agitazzjoni tal-mohh. Mela allura jfisser li hemm l-elementi kollha ta' l-omicidju volontarju inkluza allura l-intenzjoni li noqtol jew li nqieghed il-hajja ta' dak li jkun f'perikolu car, pero` jkun hemm l-iskuzanti ta' l-agitazzjoni tal-mohh.

Wahda mill-eccezzjonijiet meta wiehed jista' jinvoka l-intossikazzjoni bhala difiza huwa jekk l-intossikazzjoni twassal ghal stat ta' genn. B'genn hawn hekk wiehed jifhem marda tal-mohh - jigifieri patologija dovuta direttament ghal intossikazzjoni li ggib fix-xejn f'dak li jkun jew il-kapacita` tieghu li jaghraf jew il-kapacita` tieghu li jrid . jew wahda jew l-ohra. Jekk iggib fix-xejn jew il-kapacita` tieghu li jaghraf jew il-kapacita` tieghu li jrid allura hemmekk jekk dik l-inkapacita` hija dovuta ghal marda tal-mohh - jigifieri marda li hija medikament accettata bhala marda tal-mohh - allura f'dak il-kaz ikollkom l-istat ta' genn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info