Reference: 1417/1996/1

Judgement Details


Date
30/03/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
MIFSUD JOSEPH PRO ET NOE vs CRAUS TANIA
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, EMERGENZA SUBITANEA
Summary
Sewwieq jista' jkun ezentat mir-responsabilita', hu dak biss li fih il-pedestrian, b'xi att inaspettat jew subitaneu jew xort'ohra b'xi ghemil tieghu jkun qieghed lid-driver f'posizzjoni li anke bl-uzu tad-diligenza mehtiega dan ma setax assolutament jevita l-investiment.

M'hemmx presunzjonili pedestrian ghandu dejjem ragun. Imma hu m'ghandux jitqies bhala intruz. Hu ghandu juza l-kura mehtiega biex ma johloqx ghal utenti l-ohra tat-triq sitwazzjonijiet ta' perikolu jew emergenza.

Ghalkemm il-pedestrian ghandu dritt li jkun fil-karreggjata biex jaqsam, certament ghandu ukoll id-dover li juza prudenza biex jaqsam. Jekk il-pedestrian ikun negligenti, pero' dan ma jassolvix lid-driver tal-karozza milli juza dak il-grad ta' "reasonable care" li tinhtieg. Dan kollu jinghad, dejjem sakemm ma tkunx giet krejata mill-pedestrian lid-driver, bl-imprudenza tieghu, emergenza subitanea imprevedibbli, li rrendiet impossibbli, jew mhux ragjonevolment possibli, azzjoni evaziva tempestiva.

Emergenza subitanea tavvera ruha ez. meta persuna taqsam f'daqqa u tissorprendi lil konducent, jew taghmel xi moviment insolitu u inaspettat jew meta pedestrian jinzel inaspettatament minnfuq bankina, jew li jaqsam jew jitfacca ghall-gharrieda minn wara xi car iehor, jew li johrog minnxi kurva fit-triq, jew li jitfacca ghall-gharrieda u inaspettatament quddiem il-karozza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info