Reference: 373/1998/1

Judgement Details


Date
31/01/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
MIDDLE SEA INSURANCE CO. LTD. NOE ET vs BARBARA BRIAN
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, PIZ TAL-PROVA - KOLLIZJONI, RES IPSA LOQUITUR - KOLLIZJONI, SKID RESPONSABILITA` GHAL
Summary
Accident jista' minnu nnifsu jidher li aktarx gara minhabba negligenza ta' parti milli ghal kawza ohra. F'kazi simili ssehh it-teorija tar-res ipsa loquitur, li b'effett taghha taqa' fuq dik il-partil-piz tal-prova biex juri illi f'dak li gara huwa ma kellux tort.

Il-velocita' li biha tkun miexja karozza u r-relazzjoni mal-brakemarks hija wahda mill-fatturi f'materja ta' kollizzjoni ta' karozzi li jikkostitwixxu l-element probatorju tar-res ipsa loquitur. Fattur iehor huwa l-parti tal-karozza fejn kull wahda minnhom li jkunu nvoluti fil-kollizjoni sofriet il-hsara.

Huwa veru lil-htija ghandha tigi pruvata, izda jkun hemm kazi fejn il-fatti dannuzi juru l-impronta tal-htija b'mod li min ikun ipprova dawn il-fatti ghandu jiftiehem li pprova anki l-htija, u allura jkun dmir ta' min ikun kagun ta' dawk il-fatti li jipprova li hu ma kellux htija f'li gara.

Gie ritenutmill-Qrati taghna li f'materja ta' skid il-principju regolatur ma jistax hlief ikun li skid wahdu lahu prova ta' negligenza u lanqas skriminanti. Hemm bzonn li jigi ndagat jekk kienx hemm xi negligenza antecedenti jew konkomitanti. Jekk negligenza simili tirrizulta, allura hemm ir-responsabilita' nonostante l-skid. Jekk ma tirrizultax, allura l-skid hija defence, ghax tkun inevitable accident. Ghaldaqstant biex d-difiza ta' skid tirnexxi jehtieg li d-driver jipprova mhux biss li l-skid kienet dovuta ghall-art tizloq, imma wkoll li l-skid saret bl-ebda tort tieghu u li huwa jkun ha l-prekawzjonijiet kollha li ghandu jiehu driver prudenti meta l-art tkun tizloq.

Gie wkoll ritenut in subjecta materia li meta tissuccedi kollizzjoni minhabba li wahda mill-vetturi tkun skiddjat id-drivertal-karozza jkun responsabbili jekk ma jaghrafx jaghmel il-manuvra mehtiega biex jevita u jnaqqas l-iskiddjar meta kellu zmien li jaghmel dan u jkun aktar responsabbili jekk jaghmel xi manuvra li taggrava l-iskid.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info