Reference: 148/2003/1

Judgement Details


Date
07/12/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE ASSOCIATES LIMITED vs DRAWING TECHNIQUES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, RINUNZJA F`KAZ LI MA JITQAJMUX IN LIMINE LITIS - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-IMNUT - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-INGROSSA - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-INGROSSA - KONSENJA F`AKTAR MINN DARBA WAHDA - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT
Summary
Skond kif provvdut fl-Artikolu 728 (1) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili u bla hsaraghad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 731, "l-eccezzjonijiet kollha, sew jekk dilatorji jew dwar il-meritu ghandhom jinghataw fin-nota ta' l-eccezzjonijiet jew fir-risposta skond il-kaz. Dawk l-eccezzjonijiet li jolqtu l-meritu ghandhom jinghataw bla hsara ta' dawn l-eccezzjonijiet dilatorji." Jissokta jinghad fis-subinciz (2) tal-precitat Artikolu 728 illi "ebda eccezzjoni ohra ma tista' tinghata f' waqt iehor tal-kawza". L-unika deroga hi dik fejn il-Qorti tkun sodisfatta li jezistu ragunijiet ohra fin-nota jew fir-risposta;

In-nota ta' l-eccezzjonijiet, oltre li kellha ssir fil-forma preskritta mil-ligi u bil-partikolaritajiet dettati mill-Artikolu 158 tal-Kapitolu 12, kellha tassattivament issegwi r-regola normativa kontenuta fl-Artikolu 728 (1). Li jfisser li min ikun imsejjah f' gudizzju u jrid jikkontesta t-talba ghandu fiz-zmien utli stabbilit jipprezenta nota li fihajkunu migbura l-eccezzjonijiet tieghu "kollha", sew dilatorji, sew dwar il-meritu;

Kif saput, il-procedura hi ligi ta' ordni pubbliku u, allura, jekk il-provvediment tal-ligi jipreskrivi certukonvenzjonizmu, kemm ta' forma jew ta' kontenut, mhix ammessa interpretazzjoni ohra hlief dik letterali, u hi din li ghandha tigi osservata u segwita;

Meta tigi sollevata biss eccezzjoni tal-preskrizzjoni dan ifisser li l-konvenut ma jkollu ebda eccezzjoni fil-mertu x'jaghti u l-Qorti tkun tista', wara li tichad l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, tghaddi direttament biex tiddetermina l-mertu.

Ghall-finijiet tal-preskrizzjoni ta' tmintax-il xahar taht l-Artikolu 2148(b) tal-Kodici Civili jinsab ritenut illi fil-kaz ta' bejgh "bl-imnut" huma kontemplati dawk kollha, kummercjanti jewle, li jbieghu oggetti ta' konsum gjornaljier, tant lil min hu kummercjant kemm lil min mhux. Dan ifisser li fl-Artikolu 2148 (b) il-ligi taghna tipprexxindi mill-kwalita` tal-persuni u anzi ma tharesx lejn dik li tista' tkun abitwalment il-professjoni tan-negozjant imma thares lejn il-vendita partikulari in kwestjoni per se.

L-istess gurisprudenza tistabbilixxi mbaghad il-kriterju distintiv fundamentali bejn bejgh bl-imnut u bejgh bl-ingrossa billi tafferma illi fejn il-prezz reklamat huwa ghall-merce destinata biex dik tigi rivenduta jew manifatturata f' opra jew fejn wiehed ibiegh lil persuni li jinnegozjaw fil-merce mibjugha u dan fi kwantita apprezzabbli, allura l-bejgh hu wiehed bl-ingrossa. Ghalhekk il-grossista jbiegh l-iktar lil dawk li jinnegozjaw fl-oggett mixtri mentri l-imnutant ibiegh lil xerrejja fi kwantitajiet zghar skond il-bzonnijiet taghhom. Fl-ewwel kaz il-kreditu hu soggett ghall-preskrizzjoni kwinkwennali stabbilita` fl-Artikolu 2156 (f), fil-kaz tat-tieni, ghall-preskizzjoni ta' tmintax-il xahar kif provvdut fl-Artikolu 2148 (b);

In-natura ta' bejgh bl-ingrossa ma tikkonvertix ruhha f'bejgh bl-imnut minhabba l-fatt li l-konsenja ta' l-oggetti ma ssirx f'daqqa, imma huwa n-negozju globali li jiddetermina taht liema kategorija ghandu jigi klassfikat il-bejgh.

Fejn id-debitur ma jichadx id-dejn imma semplicement jikkontesta l-quantum ta' l-ammont dovut, allegat mill-kreditur, id-debitur ikun qieghed jinterrompi u tacitament jirrinunzja ghall-preskrizzjoni li tkun qed tiddekorri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info